Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAT-TURIŻMU, L-AMBJENT U L-KULTURA:

pr1548
Date Icon 17/08/2011

L-Oppożizzjoni Laburista trid tiddeċiedi jekk hiex favur l-ambjent jew le

Dan il-Gvern qiegħed iwettaq r-riformi meħtiega sabiex pajjiżna jkollu żvilupp sostenibbli u sabiex l-ambjent ta’ pajjiżna jitpoġġa fuq sisien sodi. Biex dan iseħħ il-Gvern qiegħed jieħu d-deciżżjonijiet li hemm bżonn u jinvesti bil-kbir kemm fl-infrastruttura kif ukoll fl-istituzzjonijiet li jħarsu u jipproteġu l-ambjent.

L-Oppożizzjoni Laburista, fejn jidħol l-ambjent u l-iżvilupp, qiegħdha tibdel id-diska skont l-udjenza u skont iċ-ċirkustanza.

L-Oppożizjoni Laburista ħarġet tikkritika l-fatt li naqsu l-applikazzjoni għall-iżvilupp. Din l-istqarrija tmur kontra stqarrijiet li għamlet l-istess Oppożizzjoni Laburista fil-passat, bħal  fid-dokument White Paper dwar ir-Riforma fil-Liġi tal-Kera: Reazzjoni Inizjali tal-Partit Laburista, fejn l-Oppożizzjoni qalet li f’Malta hawn numru għoli ta' propjeta vakanti. F’dan id-dokument l-Oppożizzjoni Laburista ikkritikat lill-Gvern għax ħareġ art għall-iżvilupp meta kien hawn stokk ta’ postijiet vakanti. Illum bil-kuntrarju l-Oppożizzjoni Laburista qed tikkritika lill-Gvern għax skont hi l-miżati tal-MEPA huma diżinċentiv għal min irid jibni u jiżviluppa.

L-Oppożizzjoni Laburista trid tkun ċara u tgħid hiex favur jew kontra aktar bini f’pajjiżna.

L-Oppożizzjoni Laburista ħarġet tikkritika l-fatt li għolew il-miżati tal-MEPA meta l-gvern Laburista fil-1996 kien qal li wasal iż-żmien biex il-miżati tal-MEPA jogħlew. L-Oppożizzjoni Laburista ħarġet tgħid li l-miżati  huma diżincentiv għal min irid jirranġa jew jirriabilita postijiet eżistenti meta l-kelliem Laburista Rodrick Galdes, li addiritura jaħdem fil-MEPA, jaf sew li biex tirranġa post eżistenti f’ħafna każi m’għandekx bżonn permess tal-MEPA. Għal ċertu alterazzjonijiet  teħtieġ biss li tgħaddi minn proċedura sempliċi magħrufa bħala Development Notification Order, proċedura li tiswa €120.

Il-fatti juru li l-applikazzjonijiet fil-MEPA qegħdin jonqsu għal numru ta’ raġunijiet:

  1. Illum talba għall-iżvilupp trid tgħaddi minn proċess ta’ screening li jiddetermina jekk it-talba hiex aċċetabbli fil-prinċipju jew le qabel tiġi aċċettata bħala applikazzjoni. Proġetti li mhumiex tajbin fil-prinċipju  u li bis-sistema ta’ qabel kienu jidħlu bħala applikazzjoni u jdumu fis-sistema tal-MEPA għal snin sħaħ, issa ħafna drabi, b’riżultat ta’ dan mhux qed jiġu kkonvertiti f’applikazzjonijiet. Dan ifisser li r-riżorsi tal-MEPA qed jiġu ffukati fuq applikazzjonijiet li jagħmlu sens. Ifisser ukoll li l-MEPA qiegħdha tikkunsidra u tiddeċiedi l-applikazzjonijiet li jagħmlu sens fiż-żmien stipulat fil-liġi, jiġifieri tnax il-ġimgħa għal applikazzjoni sempliċi u sitta u għoxrin ġimgħa għall-applikazzjoni kumplessa. Applikant llum għandu s-serħan il-moħħ li jaf kemm iddum biex tiġi pproċessata applikazzjoni.
  1. Is-suq tal-propjetà kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment għaddej minn żmien diffiċli. Dan qiegħed iwassal lill-banek internazzjonali sabiex ikunu iebsin fl-għoti ta’ self fuq proġetti ta’ żvilupp. F’Malta wkoll hawn stokk ta’ propjetà fuq is-suq bil-konsegwenza li żviluppatur qiegħed jagħmel l-kalkoli sew qabel jinvesti fi proġetti infrastruturali.

Ta’ min isemmi wkoll li bis-saħħa tal-miżuri li ħa l-Gvern permess tar-riforma tal-MEPA n-numru tal-applikazzjonijiet pendenti naqsu minn 4,300 fil-2010 għal 2,700 fit-2011.

L-Onor Mario de  Marco reġa’ tenna dak li qal fil-passat, li l-ambjent huwa kwestjoni ta’ għażla u li l-għażla mhix dejjem faċli. L-istrateġija u l-politika tal-Gvern fil-qasam tal-ippjanar u l-ambjent hija ċara. L-Oppożizzjoni Laburista, min-naħa l-oħra,  qiegħdha tuża l-ambjent bħala karta ta’ konvenjenza li tilgħabha u tarmija skont il-mument.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  “L-ugwaljanza u l-kompetittività jimxu id f’id” – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262007

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI “L-ugwalja...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION “Simplification must ultimately be measured by the difference it makes to beneficiaries implementing projects using EU funding” – Minister Keith Azzopardi Tanti

PR262006

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow