JITĦABBRU D-DATI TAL-ISTAĠUN TAL-KAĊĊA GĦALL-ĦARIFA LI ĠEJJA
Wara li kkonsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat ORNIS, il-Gvern qed iħabbar id-dati tal-istaġun tal-kaċċa għall-ħarifa li ġejja:
Il-kaċċa minn fuq l-art tista’ ssir bejn l-1 ta’ Settembru 2011 u l-31 ta’ Jannar 2012, bejn sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx u sagħtejn wara nżul ix-xemx fil-ġranet mit-Tnejn sas-Sibt, u bejn sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx u s-siegħa ta’ wara nofsinhar (1.00 p.m.) fil-Ħdud u l-Festi Pubbliċi.
Bħala protezzjoni għat-tajr tal-priża, għal ġimgħatejn (bejn il-15 ta’ Settembru u l-30 ta’ Settembru) matul dawn il-ħames xhur, il-kaċċa fuq l-art ma tistax issir wara it-3.00 p.m.
Il-kaċċa minn fuq il-baħar tista’ ssir bejn l-1 ta’ Ottubru 2011 u l-31 ta’ Jannar 2012.
Il-Kumitat ORNIS irrakkomanda wkoll l-applikazzjoni ta’ deroga għall-insib tal-gamiem, summien, pluviera u malvizz. Skont il-provvedimenti tad-Direttiva dwar l-Għasafar u tal-liġi Maltija (Avviż Legali 79 tal-2006) din ir-rakkomandazzjoni teħtieġ aktar informazzjoni u assessments. Il-Gvern indika lill-Kumitat ORNIS dan il-bżonn sabiex l-applikazzjoni ta’ din id-deroga tkun tista’ tiġi kkunsidrata għall-ħarifa li ġejja.
Stqarrijiet Oħra:
PR262007
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI “L-ugwalja...
PR262006