Left arrow Go Back

JITĦABBRU D-DATI TAL-ISTAĠUN TAL-KAĊĊA GĦALL-ĦARIFA LI ĠEJJA

pr1544
Date Icon 16/08/2011

Wara li kkonsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat ORNIS, il-Gvern qed iħabbar id-dati tal-istaġun tal-kaċċa għall-ħarifa li ġejja:

Il-kaċċa minn fuq l-art tista’ ssir bejn l-1 ta’ Settembru 2011 u l-31 ta’ Jannar 2012, bejn sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx u sagħtejn wara nżul ix-xemx fil-ġranet mit-Tnejn sas-Sibt, u bejn sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx u s-siegħa ta’ wara nofsinhar (1.00 p.m.) fil-Ħdud u l-Festi Pubbliċi. 

Bħala protezzjoni għat-tajr tal-priża, għal ġimgħatejn (bejn il-15 ta’ Settembru u l-30 ta’ Settembru)  matul dawn il-ħames xhur, il-kaċċa fuq l-art ma tistax issir wara it-3.00 p.m.

Il-kaċċa minn fuq il-baħar tista’ ssir bejn l-1 ta’ Ottubru  2011 u l-31 ta’ Jannar 2012.

Il-Kumitat ORNIS irrakkomanda wkoll l-applikazzjoni ta’ deroga għall-insib tal-gamiem, summien, pluviera u malvizz.  Skont il-provvedimenti tad-Direttiva dwar l-Għasafar u tal-liġi Maltija (Avviż Legali 79 tal-2006) din ir-rakkomandazzjoni teħtieġ aktar informazzjoni u assessments. Il-Gvern indika lill-Kumitat ORNIS dan il-bżonn sabiex l-applikazzjoni ta’ din id-deroga tkun tista’ tiġi kkunsidrata għall-ħarifa li ġejja.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  “L-ugwaljanza u l-kompetittività jimxu id f’id” – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262007

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI “L-ugwalja...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION “Simplification must ultimately be measured by the difference it makes to beneficiaries implementing projects using EU funding” – Minister Keith Azzopardi Tanti

PR262006

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow