STQARRIJA MID-DIPARTIMENT TAL-PROTEZZJONI ĊIVILI
pr1538
15/08/2011
Il-bieraħ, tard wara nofsinhar, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ġie msejjaħ biex jassisti persuna li sabet ruħha f’diffikultajiet lejn l-inħawi ta’ Manoel Island. Minnufih intbagħtu fuq il-post żewġ dinghies minn dan id-Dipartiment, minn fejn ittella’ ġuvni ta’ 16-il sena li weġġa’ dahru wara li qabeż minn ċint għoli għal ġol-baħar. Il-ġuvni ġie mwassal sal-bażi marittima tal-Forzi Armati ta’ Malta u minn hemm ittieħed b’ambulanza ġewwa l-Isptar Mater Dei.
Fl-istess ħin 12-il persuna oħra, li l-età tagħhom tvarja minn 12 sa 16-il sena, ittellgħu mill-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili mill-istess post tal-inċident wara li dawn ukoll sabu ruħhom f’diffikultà fil-baħar. Huma twasslu lura fuq il-moll.
Other Press Releases:
PR262007
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI “L-ugwalja...
PR262006