STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT
Sa issa 2,520 persuna bbenefikaw mill-inċentiv tal-Gvern biex jisskreppjaw il-karozza qadima tagħhom u jinvestu f’waħda ġdida
2,520 persuna bbenefikaw mill-inċentiv tal-Gvern biex jisskreppjaw il-karozza qadima tagħhom u jixtru waħda ġdida. Dan l-inċentiv kien tħabbar fil-Baġit għal din is-sena, u huwa parti mill-istrateġija tal-Gvern favur kwalità tal-arja aktar nadifa, partikolarment billi jitnaqqsu mit-toroq karozzi kbar, qodma u li jniġġsu aktar. B’din l-iskema jonqsu d-dħaħen mit-toroq, titjib il-kwalita’ tal-ajra u għalhekk ikun hemm impatt pożittiv fuq is-saħħa tal-poplu.
Grazzi għal din l-iskema, kull min jisskreppja karozza li għandha aktar minn għaxar snin meta jixtri karozza ġdida jista’ jgawdi minn benefiċċju sa €2,000. Oriġinarjament, din l-iskema kienet intiża għal 2,000 persuna, iżda wara dan in-numru ntlaħaq sa Mejju li għadda, il-Gvern estenda din l-iskema.
Dan l-inċentiv huwa parti mill-ħidma tal-Gvern favur arja aktar nadifa li jinkludi r-riforma tat-trasport pubbliku kif ukoll riformi oћra fis-setturi tal-karozzi privati u kummerċjali li kienu introdotti fl-ewwel tliet baġits ta’ din il-leġislatura.
Dawn il-bidliet kienu jinkludu bidliet fis-sistema ta’ taxxa ta’ reġistrazzjoni tal-vetturi li jieћdu kont tal-emissjonijiet tas-CO2, bidliet biex jinċentivaw vetturi EURO 4 u EURO 5. Dan flimkien ma’ inċentivi favur karozzi hybrid u karozzi elettriċi.
L-gћotja tammonta gћal 15.25% fuq il-prezz CIF tal-vettura, sa massimu ta’ €2,000.
L-iskema tapplika wkoll għal persuni li ma kellhomx xi vettura bil-mutur reġistrata u b’liċenzja f’isimhom mal-Awtorità fil-25 ta’ Ottubru, 2010, imma li setgħu akkwistaw karozza li ġiet reġistrata u nħarġitilha liċenza f’isimhom mill-Awtorità wara dik id-data, sakemm dik il-karozza titneħħa mir-reġistrazzjoni fil-ħin tar-reġistrazzjoni tal-karozza l-ġdida.
Din l-iskema hi waħda minn sensiela ta’ skemi fejn il-Gvern qed jinċentiva aktar tagħmir u apparat biex jitnaqqas it-tniġġis mill-arja. Dan ix-xahar għalqet skema oħra li biha familji li jinvestu f’panelli fotovoltajiċi jingħataw sa €3,000. Bejn l-iskema tas-sena li għaddiet u l-iskema ta’ din is-sena aktar minn 5,600 familja applikaw biex jingħataw mill-Gvern €3,000 kull wieħed. Skema oħra li għaddejja bħalissa hi għal xiri ta’ solar water heaters fejn il-Gvern jagħti għotja finanzjarja li tlaħħaq sa €560 lill-familji li jixtru dan l-apparat.
Stqarrijiet Oħra:
PR262007
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI “L-ugwalja...
PR262006