Left arrow Mur Lura

APPLIKAZZJONIJIET GĦALL-AFM SPORT UNIT AMMINISTRATA MILL-KMS

pr1508
Date Icon 08/08/2011

Illum fetħu l-applikazzjonijiet għal reklutaġġ ta’ atleti mal-Forzi Armati ta’ Malta. Permezz ta’ din l-iskema l-AFM se tkun qed toħloq taqsima li magħha timpjega sportivi elite u Nazzjonali bħala suldati. Din l-iskema hija inizjattiva oħra li turi l-impenn tal-Gvern fil-qasam sportiv.

Permezz ta’ twaqqif ta’ unit speċjalizzat fi ħdan il-Forzi Armati ta’ Malta, issa se jiġu ingaġġati mal-Armata atleti Nazzjonali fuq bażi professjonali. Din l-iskema se tkun qed titħaddem fuq żewġ livelli ta’ taħriġ. Fl-ewwel livell is-suldat sportiv se jkun qed jitħarreġ 20 siegħa fil-ġimgħa fl-isport tiegħu u 20 siegħa fil-ġimgħa fil-ħidma tal-Armata. Fit-tieni  livell is-suldat sportiv se jkun qed jitħarreġ fid-dixxiplina sportiva għal 40 siegħa sħaħ fil-ġimgħa. L-Armata se tkun qed tassenja fizzjal biex imexxi dan il-unit filwaqt li l-Kunsill Malti għall-Isport se jkun qed jamministra din l-iskema. 

L-amministrazzjoni u t-taħriġ sportiv se jkun kollu kemm hu amministrat u kkoodrinat mill-Kunsill Malti għall-iSport. Is-sistema taħdem billi Assoċjazzjoni Nazzjonali tipproponi l-kandidatura ta’ atleti biex jissieħbu f’din it-taqsima. L-AFM flimkien mal-KMS jgħazlu l-atleti li jikkwalifikaw.

Din l-iskema tikkumplimenta l-lista ta’ skemi eżistenti li l-Gvern joffri lill-isport elite.

Fil-fatt bil-għan li jkompli jipprowovi l-isport elite il-Gvern jagħti leave bi ħlas lill-atleti li jaħdmu maċ-ċivil li jipparteċipaw fi sport barra minn Malta fejn is-sena li għaddiet il-Gvern irċieva u approva 186 talba li bejniethom ħadu 925 ġurnata leave bi ħlas.

Il-Gvern permezz tal-KMS jamministra wkoll l-iskema 20/20 Sport Training Leave mas-settur pubbliku fejn atleti Nazzjonali li jaħdmu mas-settur pubbliku jistgħu jingħataw sa massimu ta’ 20 siegħa leave bi ħlas fil-ġimgħa biex jitħarrġu fid-dixxiplina sportiva tagħhom.

Ftit tal-ġranet ilu il-Gvern nieda l-iskema ta’ 20/20 Sport Training Leave għall-atleti Nazzjonali li jaħdmu mas-settur privat u diġa hemm l-ewwel atleta li qed jibbenefika minn din l-iskema.

F’dawn l-aħħar snin il-Gvern ta diversi għajnuniet finanzjarji lill-għaqdiet sportivi permezz ta’ diversi skemi. Din is-sena biss din l-għajnuna laħqet il-€5.5 miljun.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  “L-ugwaljanza u l-kompetittività jimxu id f’id” – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262007

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI “L-ugwalja...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION “Simplification must ultimately be measured by the difference it makes to beneficiaries implementing projects using EU funding” – Minister Keith Azzopardi Tanti

PR262006

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow