Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAT-TURIŻMU, L-AMBJENT U L-KULTURA

pr1499
Date Icon 05/08/2011

Il-Maltin jistgħu jaraw sitt stazzjonijiet lokali mingħajr il-ħtiega li jkunu abbonati ma’ xi kumpanija partikolari. Dawn l-istazzjonijiet huma TVM, E22, FAVOURITE Channel, NET TV, ONE TV u SMASH. Min irid jista’ jibqa’ jaqbad dawn l-istazzjonijiet kemm fuq il-pjattaforma tal-Go kif ukoll fuq il-pjattaforma tal-Melita.

Dan ifisser li l-poplu Malti se jgawdi minn dan is-servizz bla ħlas grazzi għall-ħidma tal-Gvern biex Malta taqleb kompletament għas-sistema diġitali tax-xandir tat-TV. Din hija innovazzjoni oħra, minn sensiela ta’ innovazzjonijiet li għamel il-Gvern fil-qasam tax-xandir.

Kien dan il-Gvern li daħħal l-pluraliżmu tax-xandir fis-snin disgħin. Issa qed ikompli jiżviluppa dan il-qasam u aktar kmieni għadda liġi li tagħmilha possibli li jiżdiedu għadd ta’ stazzjonijiet tar-radju kif ukoll tat-TV. Wara li ftit snin ilu kien ingħata l-permess biex f’Malta jkun hawn pjattaforma għar-radju trasmess b’mod diġitali, issa l-Gvern se jaqleb t-trażmissjonijiet televiżivi b’mod sħiħ għas-sistema diġitali.

Il-PBS Ltd ingħatat ir-responsabbiltà li tmexxi din il-pjattaforma diġitali.  Tul dan il-proċess, l-Awtorità tax-Xandir kienet responsabbli għall-proċess ta’ l-għażla ta’ l-istazzjonijiet li mhumiex parti mis-sistema ta’ xandir ta’ servizz pubbliku. L-Awtorità Maltija tal-Komunikazzjoni, imbagħad, kellha r-responsabbiltà li tirregola l-aspetti tekniċi tal-proċess.

Kumitat immexxi mill-Awtorità Maltija għall-Kommunikazzjoni u li fih ġabar il-Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni,  lill-Awtorità tax-Xandir, lill-PBS, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, lis-Segretarjat Parlamentari għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura ikkoordina, tul dawn l-aħħar snin, il-ħidma biex issir il-qalba diġitali.

Għal ġimgħat li ġejjin din is-sistema diġitali se tkun qed topera b’mod parallel għas-sistema preżenti analoġika, jiġifieri sistema li tirċievi t-televiżjoni bl-erjal konvenzjonali. Aktar ‘l quddiem titħabbar id-data meta s-sistema analoġika se tintefa.

Min ikollu bżonn informazzjoni ġenerali dwar il-qalba diġitali jew għall-informazzjoni dwar is-set top box (apparat meħtieg fil-każ ta’ sett tat-TV antik) biex taqbad l-istazzjonijiet diġitali wieħed jista’ jċempel fuq in-numru 153.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  “L-ugwaljanza u l-kompetittività jimxu id f’id” – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262007

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI “L-ugwalja...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION “Simplification must ultimately be measured by the difference it makes to beneficiaries implementing projects using EU funding” – Minister Keith Azzopardi Tanti

PR262006

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow