Left arrow Go Back

IX-XOGĦLIJIET FUQ TOROQ RESIDENZJALI F’FAŻI AVVANZATA

pr1492
Date Icon 05/08/2011

Fl-Imqabba għaddej ġmielu x-xogħol fuq il-proġett li permezz tiegħu se jkunu saru mill-ġdid 29 triq residenzjali tant li 23 diġà tlestew. Il-proġett, imsejjaħ ‘Toroq 29’ mill-Kunsill Lokali tal-Imqabba, qed isir permezz tal-Proġett Pilota għat-toroq residenzjali mħaddem mis-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali. Fl-Imqabba se jkun sar investiment ta’ 600,000 ewro li nofshom se jkunu nħarġu direttament mill-Gvern. Ix-xogħol kollu mistenni jitlesta fix-xhur li ġejjin.

Id-dettalji ngħataw mis-Segretarju Parlamentari Chris Said waqt żjara fl-Imqabba fejn kien akkumpanjat mill-Assistant Parlamentari fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Franco Debono u mis-Sindku tal-Imqabba Noel Galea. Huma żaru l-lant tax-xogħol fi Sqaqien 1,3 u 4 ta’ Triq il-Parroċċa waqt l-aħħar stadju tax-xogħol qabel jingħata t-tarmak. F’dawn it-toroq kollha inbidlu s-servizzi kollha tal-ilma lejn ir-residenzi.

Is-Segretarju Parlamentari Chris Said qal li l-iskemi tat-toroq residenzjali li permezz tagħhom il-Kunsilli Lokali qed jingħataw finanzjament addizzjonali biex jagħmlu xogħlijiet fit-toroq, qed jagħtu r-riżultati – b’mod partikolari fejn hemm Kunsilli Lokali ħabrieka. Fl-Imqabba, f’Birkirkara, fis-Swieqi, f’Ħad Dingli, f’Ħal Kirkop fil-Għargħur u f’tant lokalitajiet oħra ix-xogħol tlesta jew għaddej b’ritmu mgħaġġel ħafna.  Dan ifisser li 187 triq issa huma lesti, filwaqt li 64 oħra qed isir ix-xogħol fuqhom.

Is-Segretarju Parlamentari Chris Said tkellem ukoll dwar kif il-Gvern għen lill-Kunsilli Lokali li ltaqgħu ma’ xi diffikultajiet amministrattivi biex ikunu jistgħu jwettqu x-xogħol.

Is-Sindku tal-Imqabba Noel Galea qal li minkejja d-diffikultajiet li l-Kunsill Lokali ltaqa’ magħhom biex iwettaq dawn ix-xogħlijiet, il-proġett miexi b'ritmu tajjeb ħafna u antiċipat li l-aħħar toroq jkunu lesti sa Settembru li ġej.  Filwaqt li ngħalqu 23 triq, fadal xi jsiru Triq is-Saljatura, Triq il-Fjuri, Triq iż-Żurrieq, Triq Ħal Kirkop, Triq il-Murselli u l-aħħar parti mis-service road fi Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija. Hawn ser isir xogħol fuq skala ikbar għax ser jinbidlu partijiet sostanzjali mis-sistema tal-waste water, ser titbaxxa parti minn Triq Ħal Kirkop sabiex tiffaċilita l-ħruġ u l-passaġġ tal-ilma fi Triq il-Mentna, u se jitbaxxew xi servizzi eżistenti aktar l-isfel fit-triq.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  “L-ugwaljanza u l-kompetittività jimxu id f’id” – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262007

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI “L-ugwalja...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION “Simplification must ultimately be measured by the difference it makes to beneficiaries implementing projects using EU funding” – Minister Keith Azzopardi Tanti

PR262006

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow