Left arrow Mur Lura

1,666 PERSUNA GĦAMLU ESPERJENZA TA’ XOGĦOL PERMEZZ TAL-EMPLOYMENT AID PROGRAMME

pr1491
Date Icon 05/08/2011

1,666 persuna żvantaġġata li kienu qed ifittxu xogħol gawdew mill-iskema tal-Employment Aid Programme u għamlu esperjenza ta’ xogħol. Ħafna minnhom ġew impjegati mill-istess kumpannija li magħha għamlu din l-esperjenza.

Fost il-kumpanniji li pparteċipaw f’din l-iskema u li baqgħu jżommu magħhom lill-ħaddiema li kienu offrewlhom din l-esperjenza ta’ xogħol hemm l-Enviornmental Landscapes Consortium fejn dalgħodu għamlet żjara l-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, Dolores Cristina, li ltaqgħet ma’ wħud minn dawn il-ħaddiema.

L-Employment Aid Programme hi skema parzjalment iffinanzjata mill-Unjoni Ewropea u mħaddma mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ. Permezz ta’ din l-iskema, employer li jimpjega persuna żvantaġġata, jingħata lura nofs il-paga għal sitt xhur, li minn Jannar 2011 ġew estiżi għal tnax-il xahar

Sa mill-bidu ta’ din l-iskema fl-2009, il-Korporazzjoni rċiviet 2350 applikazzjoni minn kumpanniji li riedu jidħlu f’din l-iskema li minnhom ġew approvati 1123 - 772 kumpannija f’Malta u 351 kumpanija f’Għawdex.

Il-Ministru Cristina rringrazzjat lill-Environmental Landscapes Consortium – għax-xogħol utli li qed tagħmel biex issebbaħ l-ambjent ta’ pajjiżna.  Kważi minn kull fejn tgħaddi tara l-ħidma ta’ din il-kumpannija fi tħawwil ta’ pjanti u fjuri li jagħtu dehra mill-isbaħ lit-toroq tagħna u l-mod tajjeb kif huma miżmuma r-roundabaouts, central strips u ġonna li tieħu ħsieb.

Din il-kumpannija mill-ewwel rat l-utilita’ tal-Employment Aid Programme u meta fetħet l-iskema applikat biex toffri esperjenza ta’ xogħol lil numru ta’ pesuni żvantaġġati.  22 mill-impjegati li għandha din il-kumpannija llum, kienu għamlu esperjenza magħha permezz ta’ din l-iskema u l-kumpannija issa żammithom magħha b’mod permanenti.

Il-Ministru Cristina qalet li f’din is-sena li qegħdin fiha hemm €3miljun dedikati għal din l-iskema li s’issa diġà pparteċipaw fiha aktar minn 1,100 kumpannija.

Il-mira tal-Gvern tibqa’ li jgħin b’kull mod persuni żvantaġġati biex jintegraw fid-dinja tax-xogħol għax dan jagħmilhom aktar indipendenti, jagħtihom id-dinjità u jgħinhom ikollhom kwalita’ ta’ ħajja aħjar.

Il-Ministru ħeġġet aktar kumpanniji jidħlu f’din l-iskema.  Barra li jkunu qed jieħdu lura għal perjodu nofs il-paga tan-nies li lilhom joffru din l-esperjenza jkunu qed jinvestu f’impjegati futuri, kif għamlet l-ELC, ikunu qed jinvestu wkoll f’ħaddiema leali ħafna li żgur jagħtuhom lura dak li jinvestu fihom.

Hi rringrazzjat lid-Diretturi tal-Environment Landscapes Consortium mhux biss talli għamlu din iż-żjara possibbli imma talli huma flimkien ma’ kumpanniji oħra qed jgħinu biex din l-iskema tkun suċċess u aktar persuni vulnerabbli jkunu jistgħu jiżviluppaw il-potenzjal tagħhom u jidħlu fid-dinja tax-xogħol.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  “L-ugwaljanza u l-kompetittività jimxu id f’id” – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262007

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI “L-ugwalja...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION “Simplification must ultimately be measured by the difference it makes to beneficiaries implementing projects using EU funding” – Minister Keith Azzopardi Tanti

PR262006

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

Aktar Stqarrijiet Right arrow