STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA'
L-oppożizzjoni ma’ tafx x’qed jiġri fil-qasam tas-saħħa
Fil-konferenza stampa tal-lum, il-kelliema tal-Oppożizzjoni Justyne Caruana, kif ukoll l-Oppożizzjoni, wrew għal darb’oħra li m’humiex preparati fuq is-settur tas-saħħa. Din is-sena l-Gvern ħabbar li se jibda jinvolvi u jaħdem mas-settur privat biex is-servizzi li jingħataw minn Child Development Assessment Unit jingħataw ukoll b’xejn mill-privat u jħallas il-Gvern.
Is-sejħa għall-offerti ħarġet f’Jannar li għadda. Il-proċess ħa itwal milli kien previst minħabba nuqqas ta’ informazzjoni li ngħatat lid-Dipartiment. Madanakollu din issa ġiet riżolta u l-proċess se jkompli.
Dan il-proċess hu wieħed pubbliku, tant li ġie rappurtat mill-mezzi tax-xandir.
Dalgħodu, l-oppożizzjoni qalet li l-Gvern għandu jaħdem mal-privat fuq is-servizzi tas-CDAU. Hu propju dan li qed isir, bi proċess mibdi u li ngħataw d-dettalji tiegħu pubblikament.
Hija ħasra li għal darb’oħra l-oppożizzjoni kompliet tippolitiċiżża s-saħħa fuq affarijiet li fil-fatt diġa saru jew qegħdin fil-proċess li jsiru mingħajr ma’ ppruvat tiġbor informazzjoni korretta sabiex ikollha l-fatti.
Stqarrijiet Oħra:
PR262006
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR262005en