Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL- MINISTERU GĦAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA'

pr1487
Date Icon 04/08/2011

L-oppożizzjoni ma’ tafx x’qed jiġri fil-qasam tas-saħħa

Fil-konferenza stampa tal-lum, il-kelliema tal-Oppożizzjoni Justyne Caruana, kif ukoll l-Oppożizzjoni, wrew għal darb’oħra li m’humiex preparati fuq is-settur tas-saħħa.   Din is-sena l-Gvern ħabbar li se jibda jinvolvi u jaħdem mas-settur privat biex is-servizzi li jingħataw minn Child Development Assessment Unit jingħataw ukoll b’xejn mill-privat u jħallas il-Gvern.

Is-sejħa għall-offerti ħarġet f’Jannar li għadda.  Il-proċess ħa itwal milli kien previst minħabba nuqqas ta’ informazzjoni li ngħatat lid-Dipartiment.  Madanakollu din issa ġiet riżolta u l-proċess se jkompli.

Dan il-proċess hu wieħed pubbliku, tant li ġie rappurtat mill-mezzi tax-xandir.

Dalgħodu, l-oppożizzjoni qalet li l-Gvern għandu jaħdem mal-privat fuq is-servizzi tas-CDAU.  Hu propju dan li qed isir, bi proċess mibdi u li ngħataw d-dettalji tiegħu pubblikament.

Hija ħasra li għal darb’oħra l-oppożizzjoni kompliet tippolitiċiżża s-saħħa fuq affarijiet li fil-fatt diġa saru jew qegħdin fil-proċess li jsiru mingħajr ma’ ppruvat tiġbor informazzjoni korretta sabiex ikollha l-fatti.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  “L-ugwaljanza u l-kompetittività jimxu id f’id” – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262007

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI “L-ugwalja...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION “Simplification must ultimately be measured by the difference it makes to beneficiaries implementing projects using EU funding” – Minister Keith Azzopardi Tanti

PR262006

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow