Left arrow Mur Lura

ID-DEVOLUZZJONI SSAĦĦAĦ L-IDENTITÀ

pr1484
Date Icon 04/08/2011

“Il-wirt storiku ta’ kull lokalita’ jagħti l-identità lir-residenti ta’ dik il-lokalità.  Għalhekk huwa importanti li dan il-wirt jiġi indukrat, filwaqt li jiġi integrat fil-ħajja ta’ kuljum tar-residenti tal-lokalità.  B’hekk dan isir wirt ħaj, parti integrali fl-identità tal-persuni, u dan b’sostenibbilità.”  Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet Jason Azzopardi illum waqt ċerimonja qasira li fiha it-Turretta ta’ Ħal Għaxaq għaddiet b’devoluzzjoni lill-Kunsill Lokali ta’ l-istess lokalità.

Is-Segretarju Parlamentari qal li b’din id-devoluzzjoni, is-6 waħda mill-bidu tas-sena, il-Gvern qiegħed jikkonferma l-politika ta’ devoluzzjoni, li biha Kunsilli Lokali u organizzazzjonijiet li jagħmlu ġid, jingħataw iżjed għodda b’xiex jaħdmu.  Huwa saħaq li dan jgħodd ta’ ġid fuq bosta livelli, hekk kif il-wirt storiku jingħata l-importanza li jkun jixraqlu, u dan għall-ġid tar-residenti tal-lokalitajiet tagħna. 

Mistiedna għal din iċ-ċerimonja kien hemm ukoll residenti ta’ Ħal Għaxaq, kif ukoll tfal mill-iSkola Sajf tal-lokalità.  Lil dawn il-mistednin żgħażagħ, Jason Azzopardi ħeġġiġhom jitgħallmu fuq l-istorja ta’ Ħal Għaxaq li hija twila u sabiħa.  Huwa qal li b’hekk huma jikbru jħobbu l-lokalità tagħhom, filwaqt li jrawwmu identità, u sens ta’ appartenenza għal raħal twelidhom.

Intant waqt l-istess ċerimonja, Dr Mario Rizzo Naudi għamel preżentazzjoni dwar l-istorja, u l-importanza tat-Torri, li għal żmien kien ċentrali fid-difiża tal-gżejjer Maltin.  Huwa fiehem kif Dan it-Torri, magħruf bħala Semaphore Tower, isegwi fi tradizzjoni twila ta’ kostruzzjoni ta’ torrijiet li tmur lura għal żmien il-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann, bi Grammastri bħal  Garzes, Alof de Wignacourt, Lascaris u De Redin l-iżjed li bnew torrijiet. 

Dan it-Torri partikolari kien mibni fi żmien l-Ingliżi fl-1848 flimkien ma’ oħrajn, fil-Għargħur, u n-Nadur ġewwa Għawdex u kienu żdiedu ma dawk tal-Palażż il-Belt, ma’ dak ta’ Selmun u Ta’ Ġurdan Light House ġewwa Għawdex.   Dan it-Torri inbena fuq l-ogħla post tar-raħal, b’mod li meta wieħed jitla fuq il-bejt jista jara sew il-bajjiet ta’ Birżebbuġa u ta’ Marsaxlokk lejn in-nofs-inhar: l-Mdina u it-turretta tal-Palazz il-Belt tintlemaħ ukoll lejn it-tramuntana.

Jason Azzopardi fakkar li dan it-torri, kif soltu jsir qiegħed jgħaddi għand il-Kunsill Lokali għall kirja minima ta’ €250 fis-sena.  Huwa qal li l-Gvern seta’ faċilment iġib ammont ferm ikbar ta’ flus kieku għadda din il-proprjetà għal kirja kummerċjali, iżda l-ġid li jista’ jiġġenera f’idejn il-Kunsill Lokali, li żgur jaf sewwa l-bżonnijiet tal-lokalità, huwa ferm ikbar. 

Jason Azzopardi feraħ lill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq, u awgura li x-xogħol ta’ restawr u manutenzjoni jibda’ ma jdumx.

Tagħrif Storiku

minn Dr Mario Rizzo Naudi MD

Is-sistema ta’ komunikazzjoni użata minn dan it-torri u oħrajn bħalu kienet tixbaħ forma ta’ ‘Morse code’, li kienet issir permezz ta’ kuntatt viżibli.  L-għadu ghalhekk seta jaqra l-messaġġi li jintbgħatu ukoll.  Fil-maltemp, fi ċpar, jew fid-dlam il-messagg ma kienx jintlemah.  Din s-sistema kienet ivvintata minn Claude Chappe, Franċiż u kienet tippermetti li messaġġ seta jintbagħt malajr minn naħa ta’ pajjiż għall ieħor. Napuljun kien juża din is-sistema fill-gwerrer tiegħu fiċ-ċentru ta’ l-Ewropa.

L-apparat tas-sinjali, li kien jittella fuq il-bejt ta’ dawn it-torrijiet, kien jikkonsisti f’arblu tal-injam twil madwar tnax il-pied, bi tlett paletti li jiċċaqalqu biex jintbagħat messaġġ.  L-itwal paletta kienet imwaħla b’fus fin-nofs u żewġ paletti, waħda f’kull tarf. Il-paletti kienu jitmexxew minn operatur wieħed, b’sistema ta’ ingranġġ u ktajjen imwaħlin ma’ manku. Biex jintbagħt messaġġ, l-operatur kien iċċaqlaq tnejn mill-manek, u dawn kienu mexxu l-paletti skont l-ittra jew in-numru li kien ikun jrid jintbagħat.  Dawn il-paletti setghu jagħmlu disa’ movimenti biss; kombinazzjoni ta’ dawn il-movimenti kienu jissimbolizzaw l-alfabett u numri minn zero sad-disgħa. Operatur tajjeb seta’ jibgħat messaġġ bi ħmistax il-karattru fil-minuta.

It-torrijiet kienu jikkonsistu fi tlett kmamar fuq xulxin, li kienu magħquda b’garigor sa’ fuq il-bejt.  Kull torri kellu l-kċina u faċilitajiet sanitarji tiegħu biex is-suldati jkunu moqdija u komdi.

Fl-1851 inħass li dawn it-torrijiet, avolja kienu ta’ użu siewi għall militar, il-Gvern kien qed jara li l-ispejjeż biex iżommhom kienu għolja.  Fattur ieħor kien li beda dieħel it-telegraf elettriku.  Fl-1883, ingħalaq l-aħħar torri li kien dak tan-Nadur ġewwa Għawdex.

Skont il-ktieb “Ħal Għaxaq u Niesu’, f’pagna 156, Winston Zammit jgħid li fl’1860 saru tiswijiet fuq it-Turretta li nbdew f’Awwissu u tlestew fl-istess sena.  L-ispiża kienet ta’ 29 lira u 11 il-xelin.  Fis-seduta tal-Kunsill tal-Gvern tas-6 ta’ Jannar 1872, ġiet ivvotata s-somma ta’ 12 il-lira “ for providing a set of signal flags of the commercial code for Għaxaq station”.

Minn din il-kitba jidher li l-Ingliżi, maż-żmien kienu qalbu għall metodu ta’ messaġġi li jintbatu bis-sistema ta’ tixjir ta’ bnadar magħrufa bħala ‘Flag semaphore system’.

Is-sinjali bil bnadar magħrufa wkoll bħala ‘Wig-Wag Flags’ kienu ntużaw l-ewwel darba fl-1850.  F’din is-sistema viżiva ta’ messaggi, jintużaw żewġ bnadar, waħda f’kull id u jixxejru skont l-ittra ta’ l-alfabet, għaliex kull ittra kella l-posiżjoni partikulari tagħha.  Il-bnadar kellhom qies ta’ 2, 4 jew 6 piedi kwadri u generalment kienu jew ħomor, jew suwed bi kwadru abjad fin-nofs jew bojod kollha bi kwadru aħmar fin-nofs.  Kull ittra kienet kombinazzjoni ta’ tlett movimenti. 

Maż-żmien il-militar Ingliż ħass li kien hemm spejjeż kbar biex jimpjegaw dan l-ammont ta’ irgiel f’dawn it-turretti.  Għalekk f’1851 il-Board ta’ l-Ordinanza issuggerixxa li il-penzjonanti tar-Royal Malta Fensible Regiment jieħu post dawn is-suldati b’paga ta’ 40 Lira fis-sena.  Minkejja dan is-suġġeriment, dan ma seħx u it-turretti baqaw jigi mħadma mir-Royal Engineers.

Fil-Gwerra tal-Krimeja f’1854-6 beda jintuża it-telegrafu u l-kmandant tal-forzi f’Malta beda jaħseb biex idaħħal il-Morse Code.  F’Malta din il-bidla hadet aktar żmien biex daħlet. Fl’1883 kienu ingħalqu it-turretti għall dejjem, l-aħħar li ingħalaq kien dak tan-Nadur f’Għawdex.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION “Simplification must ultimately be measured by the difference it makes to beneficiaries implementing projects using EU funding” – Minister Keith Azzopardi Tanti

PR262006

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the importance of dialogue and diplomacy in strengthening international peace and security

PR262005en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the im...

Aktar Stqarrijiet Right arrow