Left arrow Mur Lura

IL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX JIFFINANZJA STUDJU DWAR IŻ-ŻGĦAŻAGĦ F’GĦAWDEX

pr1481
Date Icon 03/08/2011

Permezz tal-iskema ta’ Eko-Għawdex għall-Għaqdiet Mhux Governattivi, il-Fundazzjoni Oasi, l-organizzazzjoni li taħdem qrib iż-żgħażagħ li jaqgħu fil-vizzji tal-alkoħol u d-droga, ser tibda taħdem fuq il-proġett Young People in Gozo – Study (2, ) li permezz tiegħu ser jiġi aġġornat studju eżistenti dwar iż-żgħażagħ f’Għawdex.

Dan il-proġett  tnieda dalgħodu f’konferenza li ġiet indirizzata mill-Ministru għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono. Hija qalet li dan l-istudju ser jiġi aġġornat wara għaxar snin bis-saħħa ta’ appoġġ finanzjarju ta’ kważi €49,000 mill-Ministeru għal Għawdex. Sostniet li fid-dawl tal-fatt li din is-sena ġiet iddedikata mill-Kummissjoni Ewropea bħala s-Sena tal-Volontarjat, il-Ministeru għal Għawdex qed jirrikonoxxi wkoll ix-xogħol kollu li jsir minn din l-għaqda volontarja Għawdxija b’risq iż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin li jiġu bżonn is-servizzi tagħha. Il-Ministru għal Għawdex fissret kif din hija biss waħda mid-diversi inizjattivi marbuta mal-ħidma tal-Ministeru għal Għawdex fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni 2010 – 2012 marbut ma’ eko-Għawdex.

Dan l-istudju, li ġie afdat f’idejn Dr Andrew Azzopardi, għandu l-għan li janalizza, jissuġġerixxi, jipproponi u jippjana strateġiji li fuqhom ikunu jistgħu jiġu meħuda azzjonijiet għall-futur flimkien ma’ riċerka oħra li hija  primarjament ta’ benefiċċju għaż-żgħażagħ. Filwaqt li jaġġorna l-istudju li kien sar qabel, dan il-proġett ser jagħti attenzjoni partikolari għal kwistjonijiet soċjali ġodda li jitrattaw ukoll perikli u vizzji oħra fost iż-żgħażagħ u t-tfal, minbarra dawk relatati mat-tabakk, drogi u l-alkoħol. Żgħażagħ ta’ bejn l-għaxra u t-tletin sena ser ikunu fiċ-ċentru ta’ din ir-riċerka flimkien ma’ persuni u entitajiet oħra konċernati fosthom edukaturi u politiċi b’koordinazzjoni mal-Fundazzjoni Oasi. Dr. Azzopardi ta’ ħarsa dettaljata dwar kif ser tkun mqassma ir-riċerka filwaqt li rrimarka li inizjattivi ta’ din in-natura jsaħħu l-objettiv ħolistiku ta’ eko-Għawdex li jfittex li jotjeni żvilupp sostenibbli f’oqsma soċjo-ekonomiċi minbarra f’dawk ambjentali.

Permezz tal-iskema ta’ eko-Għawdex għall-Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi Għawdxin ser jibbenefikaw 37 għaqda, li bejniethom ser ikunu qed jingħataw għajnuna li tlaħħaq €1.24 miljun. Bis-saħħa t’hekk ser ikunu qed jitwettqu 38 proġett differenti, li kollha jolqtu xi waħda mill-miżuri tal-pjan ta’ azzjoni marbut mal-viżjoni eko-Għawdex.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION “Simplification must ultimately be measured by the difference it makes to beneficiaries implementing projects using EU funding” – Minister Keith Azzopardi Tanti

PR262006

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the importance of dialogue and diplomacy in strengthening international peace and security

PR262005en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the im...

Aktar Stqarrijiet Right arrow