Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U L-ISPORT JILTAQA’ MAL-EWWEL ATLETA NAZZJONALI LI QED JIBBENEFIKA MIT-20/20 SPORTS TRAINING LEAVE GĦAS-SETTUR PRIVAT

pr1479
Date Icon 03/08/2011

L-Onor Clyde Puli, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport dalgħodu ltaqa’ ma’ Christopher Camilleri li huwa l-ewwel atleta Nazzjonali li qed jibbenefika mill-iskema 20/20 mas-settur privat.

Christopher Camilleri li jaħdem bħala awditur mal-kumpanija Deloitte huwa atleta tal-canoeing u ilu jiprattika dan l-isport fuq livell professjonali sa mill-2004.

Din is-sena huwa ġie aċċettat bħala l-ewwel atleta fl-iskema ta’ 20/20 sport training leave għas-settur privat li ġiet imnedija fil-baġit ta’ din is-sena offruta mill-Gvern permezz tal-Kunsill Malti għall-Isport.

Din l-iskema hija miftuħa għall-atleti Nazzjonali li jaħdmu mal-privat bil-għan li jingħataw aktar ħin għat-taħriġ. Dan isir billi l-atleta jnaqqas 20 siegħa mix-xogħol tiegħu u matulhom jagħmel taħriġ fid-dixxiplina sportiva tiegħu. Dawn l-20 siegħa jitħallsu pro-rata mill-KMS.  Din l-iskema tinħadem bejn il-KMS, l-atleta, il-kumpanija li tħaddem lill-atleta u l-għaqda sportiva.

L-atleta jiġi nominat mill-għaqda sportiva li tirrapreżentah mal-KMS u l-applikazzjoni tgħaddi minn skrutinju. Jiġi ppreżentat wkoll pjan stateġiku b’miri biex jitlaħqu mill-atleta u jitfassal programm ta’ taħriġ li jkun approvat mill-għaqda sportiva u mill-KMS.

Fil-fatt minn din is-sena inħoloq fond ta’ €100,000 għall-ħaddiema sportivi li jgħażlu li jnaqqsu l-ġimgħa ta’ xogħol tagħhom biex jitħarrġu fid-dixxiplina sportiva tagħhom. Dan il-fond jiżdied b’€50,000 kull meta jkun hemm il-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar bħal kif kien hemm din is-sena. B’din l-iskema bl-ebda mod m’huwa se jiżdied piż żejjed fuq min iħaddem.

Waqt id-diskors tiegħu l-Onor Puli qal li din l-iskema hija ħolqa oħra minn numru ta’ skemi li l-Kunsill Malti għall-Isport għandu sabiex jipprowovi l-isport elite. Huwa spiega kif fl-iskema ta’ 20/20 għas-settur pubbliku hemm 8 atleti li qed jibbenefikaw u għalhekk l-Gvern ħass li għandu jestendi din l-iskema għas-settur privat.

L-Onor Puli semma wkoll l-AFM Sports Scheme fejn l-AFM se tkun qed timpjega sportivi elite u dawk li potenzjalment ikunu elite bħala suldati. Din l-iskema għandha żewġ livelli. Fl-ewwel livell, fil-perjodu li huma jkunu sportivi nazzjonali jew sportivi nazzjonali promettenti jkollhom l-opporitunità li jitħarrġu fl-isport tagħhom 20 siegħa fil-ġimgħa u l-għoxrin siegħa l-oħra jkunu qed jaħdmu mal-armata. Imbgħad is-suldat atleta jista’ jgħaddi għat-tieni livell fejn ikun qed jingħata 40 siegħa sħaħ ta’ taħriġ fid-dixxiplina sportiva fejn xorta jżomm l-impjieg tiegħu mal-armata.

Hu sostna li permezz tal-iskemi kollha li għandu l-Kunsill Malti għall-Isport il-Gvern qiegħed joħroġ aktar minn €5.5miljun. Hu tenna li dan hu kollu investiment li l-Gvern qiegħed jagħmel biex jagħti spinta lill-isport lokali.

Matul din iż-żjara tkellem ukoll Christopher Camilleri li qal li permezz ta’ din l-iskema hu ingħata l-opportunità li jkompli jtejjeb il-ħiliet tiegħu għaliex issa jista’ jitħarreġ fil-ħin li qabel kien xogħol.

Tkelmet wkoll Lisa Dimbleby rapreżentanta tal-kumpanija Deloitte li qalet li l-kumpanija tinkorragixxi lill-impjiegati tagħha sabiex jipparteċipaw f’attivitajiet sportivi. Hi żiedet wkoll li l-kumpanija tinkorragixxi l-impjiegati tagħha isibu bilanċ bejn ix-xogħol u attivitajiet oħra.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  “L-ugwaljanza u l-kompetittività jimxu id f’id” – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262007

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI “L-ugwalja...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION “Simplification must ultimately be measured by the difference it makes to beneficiaries implementing projects using EU funding” – Minister Keith Azzopardi Tanti

PR262006

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow