Left arrow Mur Lura

KONSULTAZZJONI PUBBLIKA FUQ IR-REGOLAMENTI FUQ SELF FUQ DJAR

pr1477
Date Icon 03/08/2011

Fl-1 ta’ Awwissu 2011 l-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) ħarġet għall-konsultazzjoni pubblika sett ta’ regolamenti ġodda li jirregolaw il-ftehim ta’ Self fuq Djar. Il-perjodu ta’ konsultazzjoni jagħlaq fil-31 ta’ Awwissu 2011.

L-għan ta’ dawn ir-regolamenti hu li l-konsumatur ikollu livell ogħla ta’ protezzjoni meta jiġi biex jieħu waħda mill-aktar deċiżjonijiet importanti ta’ ħajtu – dik li jissellef il-flus biex jixtri daru.

Fit-tfassil ta’ dawn ir-regolamenti, li sar b’konsultazzjoni mal-istakeholders, ittieħed in konsiderazzjoni dak li qed jiġi diskuss f’Direttiva dwar Self fuq Djar proposta mill-Kummissjoni Ewropea. Madanakollu l-Gvern Malti jrid li dawn ir-regolamenti mfassla mill-MCCAA jidħlu fis-seħħ anki qabel tidħol fis-seħħ din id-Direttiva, għaliex jemmen li r-Regolamenti huma importanti ħafna biex jitħares il-konsumatur Malti. Ir-regolamenti jeżiġu li l-konsumatur jingħata informazzjoni aktar ċara u li tiftiehem; b’valutazzjoni aħjar tal-ħila tiegħu li jħallas lura s-self; u b’pariri aktar affidabbli.

Ir-regolamenti dwar Self fuq Djar jistgħu jitniżżlu mis-sit elettroniku www.consumer.gov.mt.  Min jixtieq aktar informazzjoni jew irid iwassal is-suġġerimenti tiegħu għandu jibgħat email fuq fair.trading@gov.mt jew jikteb lill-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) fuq l-indirizz Office for Fair Trading, Triq il-Kanun, St Venera SVR 1411.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION “Simplification must ultimately be measured by the difference it makes to beneficiaries implementing projects using EU funding” – Minister Keith Azzopardi Tanti

PR262006

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the importance of dialogue and diplomacy in strengthening international peace and security

PR262005en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the im...

Aktar Stqarrijiet Right arrow