Left arrow Mur Lura

PROĠETT INFRASTRUTTURALI QAWWI FIŻ-ŻEWWIEQA

pr1476
Date Icon 02/08/2011

F’dawn l-aħħar xhur f’Għawdex beda għaddej xogħol fuq proġett infrastrutturali estensiv ieħor bil-għan li l-prodott turistiku Għawdxi jibqa’ jiġi mtejjeb billi jissaħħu l-faċilitajiet turistiċi u fl-istess waqt jiżdiedu l-attrazzjonijiet li toffri l-gżira.  Dan huwa l-objettiv prinċipali li fuqu ġie ppjanat il-proġett tar-riġenerazzjoni tal-inħawi magħrufa bħala taż-Żewwieqa fil-port tal-Imġarr.

L-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, żaret il-post fejn bħalissa għaddej xogħol ta’ skavar u kostruzzjoni marbut mal-bini ta’ parkeġġ fit-tarf ta’ din iz-zona. Dan huwa biss wieħed mill-bosta elementi li jinkorpora dan il-proġett estensiv li ser ikun mifrux fuq medda ta’ madwar 18,000 metru kwadru u ser jinkludi fost l-oħrajn il-bini ta’ lqugħ għall-ħażna tal-ilma tax-xita. Xogħlijiet oħra ser ikunu marbuta maż-żona pedonali li tkopri l-medda tal-kosta f’dawn l-inħawi li matula se jiġu kkreati spazji speċifiċi minn fejn wieħed jista’ jieqaf u jgawdi l-veduti pittoreski tal-inħawi. Spazju partikolari ser jiġi riżervat biex tiġi esebita dik li hi l’unika dgħajsa tal-Latini li għad fadal f’Għawdex. Ser jiġu mibnija faċilitajiet sanitarji ġodda għall-użu tal-pubbliku filwaqt li se jkunu installati sistemi ta’ dwal u għamara oħra tat-triq li jikkumplimentaw ix-xogħol ta’ tisbiħ estensiv li huwa nkorporat f’dan il-proġett.   

Il-Ministru għal Għawdex fissret kif minbarra li huwa ta’ importanza għal qasam turistiku dan il-proġett ser ikun qed joffri wkoll spazju pubbliku ta’ kwalità għat-tgawdija tal-pubbliku Għawdxi kollu speċjalment dawk li jħobbu jżuru dawn l-inħawi. L-Onor. Giovanna Debono kompliet tispjega kif l-objettivi marbuta ma’ dawn ix-xogħlijiet huma relatati wkoll mal-pjan ta’ żvilupp sostenibbli għal gżira ta’ Għawdex filwaqt li jikkumplimentaw ix-xogħol li diġà sar permezz tal-bini ta’ terminal ġdid u r-rikostruzzjoni tat-triq prinċipali fil-port tal-Imġarr. ‘Iż-Zewwieqa waterfront’  ser ikun ukoll ta’ kontribut fl-aspetti soċjali u ekonomiċi tal-gżira ta’ Għawdex filwaqt li ser ifisser ukoll tisħieħ fil-faċilitajiet għall-istabbilimenti u operaturi oħra f’din iż-żona’, żiedet tgħid il-Ministru Giovanna Debono.

Il-proġett ta’ riġenerazzjoni fl-inħawi taż-Żewwieqa huwa stmat li ser jiswa madwar €5miljun. 85% ta’ din l-ispiża ser tkun ko-finanzjata mill-Fond għal Żvilupp Reġjonali tal-Unjoni Ewropea (ERDF) taħt il-Programm Operattiv 1, Politika ta’ Koeżjoni 2007 – 2013 filwaqt li l-15% l-oħra ser jintefqu minn fondi nazzjonali. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION “Simplification must ultimately be measured by the difference it makes to beneficiaries implementing projects using EU funding” – Minister Keith Azzopardi Tanti

PR262006

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the importance of dialogue and diplomacy in strengthening international peace and security

PR262005en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the im...

Aktar Stqarrijiet Right arrow