Left arrow Mur Lura

INVESTIMENT FIL-PRESERVAZZJONI TAL-WIRT STORIKU TA’ PAJJIŻNA

pr1474
Date Icon 02/08/2011

Il-wirt storiku huwa riżorsa ewlenija li għandu pajjiżna għat-tisħiħ soċjali, kulturali u ambjentali. Bħalissa fil-Forti Sant Anġlu qed isir xogħol immirat lejn l-preservazzjoni ta’ aspetti oriġinali ta’ dan is-sit storiku. Ix-xogħlijiet li qed isiru minn Heritage Malta jinkludu t-twaqqigħ tas-‘swimming pool’, kamra għall-ħażna tal-ilma u xogħol fil-parti ta’ fuq tad-daħla principali. Dan ix-xogħol inbeda f’Mejju li għadda u mistenni jammonta għal €91,700. Fi żmien qasir għandhom jinħarġu tenders oħra għal xogħlijiet ta’ tiswija tar-rampa kif ukoll il-bini mill-ġdid tal-volta wara l-entratura principali, li kienet iġġarrfet fil-gwerra.

Is-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura, Mario de Marco u s-Segretarju Parlamentari għan-Neġozji ż-Żgħar u l-Artijiet, .Jason Azzopardi dalgħodu żaru ix-xogħlijiet li qed isiru fil-Forti Sant Anġlu, fil-Birgu.

Is-Segretarju Parlamentari Mario de Marco qal li x-xogħlijiet fil-Forti Sant’Anġlu huma neċessarji biex ikun imħares s-sit storiku u biex issir r-riċerka meħtieġa ħalli jkunu mħarsa l-aspetti oriġinali tal-forti. Hu qal li pajjiżna qed iwettaq investiment fil-wirt storiku fost l-oħrajn b’investiment li sar fit-tined protettivi u ċ-Ċentru tal-Viżitaturi f’Ħaġar Qim u l-Imnajdra kif ukoll l-investiment li qed isir fir-restawr tas-swar. Mario de Marco qal li l-investiment fil-wirt storiku jsaħħaħ il-prodott turistiku u jgħin biex pajjiżna jattirà turisti matul is-sena kollha. Hu qal li pajjiżna diġà qed jegħleb l-isfidi marbuta mal-istaġġjonalità tant li f’Ottubru 2010, l-ammont ta’ turisti li żaru Malta kien fl-istess livell ta’ Lulju 2008.

Is-Segretarju Parlamentari Jason Azzopardi qal li l-ħidma li qed issir fil-Forti Sant’Anglu bħalissa tixhed l-impenn tal-Gvern li jħares il-wirt storiku ta’ pajjizna u li jinvesti fiż-żona tal-Kottonera.  L-interventi ta’ restawr li qed isiru f’dan il-Forti jixhdu l-interess tal-Gvern f’din iż-żona importanti ta’ pajjizna. Jason Azzopardi qal li l-Forti Sant’Anglu huwa djamant li jeħtieġ jitnaddaf u jiġi llustrat, biex jerġa’ jleqq.  Dan l-interess għalhekk jingħaqad ma’ kullana ta’ attivita li qed issir fil-Kottonera, bl-għan li tiġi rriġenerata din iż-żona tal-pajjiż. Is-Segretarju Parlamentari qal ukoll li d-Dipartiment tal-Artijiet kien mexxa xogħol legali importanti li ppermetta li dan ix-xogħol seta’ jibda.  Dan jingħaqad ma’ xogħol simili li l-istess Dipartiment tal-Artijiet wettaq fix-Xatt tal-Birgu biex qed tigi żviluppata lukanda ta’ ħames stillel, mill-privat.  Din il-ħidma tissarraf f’postijiet tax-xogħol, u impjiegi għall-ġid tal-Kottonera.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION “Simplification must ultimately be measured by the difference it makes to beneficiaries implementing projects using EU funding” – Minister Keith Azzopardi Tanti

PR262006

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the importance of dialogue and diplomacy in strengthening international peace and security

PR262005en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the im...

Aktar Stqarrijiet Right arrow