Left arrow Mur Lura

STĦARRIĠ U EVALWAZZJONI DWAR L-ISTRINA

pr1473
Date Icon 02/08/2011

Illum il-President George Abela flimkien mat-tim tal-Istrina, iltaqa' mal-kapijiet tat-tliet stazzjonijiet prinċipali, PBS, ONE u NET li dawn jikkontribwixxu f'għajnuna kemm bil-ħaddiema kif ukoll b'apparat b'xejn biex tittella' l-Istrina u ġie deċiż li l-Istrina 2011 ssir nhar it-Tnejn 26 ta' Diċembru, l-għada tal-Milied mill-Palazz tal-Verdala.

Din is-sena sar stħarriġ tal-opinjoni pubblika għall-Istrina bl-għan prinċipali jkun biex jiġi evalwat jekk l-Istrina 2011 għandhiex issir fil-Milied, li din is-sena se jkun il-Ħadd, jew l-għada, it-Tnejn. Dan il-kwestjonarju sar semistrutturat biex jagħti l-aktar tagħrif possibbli. Ittieħed kampjun każwali ta’ 500 persuna magħżula minn programm kompjuterizzat minn linji fissi tat-telefon. Għal dan l-istħarriġ ġew inkarigati Cheryl Zerafa, gradwata fl-istatistika u l-matematika u l-Psikjatra Anton Grech.

Kienu diversi mistoqsijiet li wieġbu dawk li pparteċipaw f’dan is-survey fejn l-età kienet tvarja bejn il-15 u 76 sena, b’64 fil-mija mis-sess femminil. Il-profil tal-parteċipanti kien wieħed varjat minn mara tad-dar, impjegat, self-employed, professjonista, ħaddiem tal-id u wkoll minn uħud diżokkupati.

Jirriżulta li 88 fil-mija tan-nies intervistati jsegwu l-Istrina bi kważi ħamsin fil-mija minnhom isegwuha mill-bidu sal-aħħar.  Jirriżulta wkoll li 90 fil-mija ta’ dawk li jsegwu, jagħtu donazzjoni f’xi ħin jew ieħor tal-ġurnata. Meta mistoqsija jekk jahdmux l-ghada tal-Milied, fost dawk li intervistati, 83.2 fil-mija, l-għada tal-Milied ma jaħdmux

Għall-mistoqsija importanti jekk l-Istrina għandhiex issir fil-Milied jew l-għada, irriżulta li kważi ħamsin fil-mija jippreferu li l-Istrina ssir l-għada tal-Milied, 35 fil-mija ma tawx opinjoni u l-kumplament (15 fil-mija) jippreferu li l-Istrina ssir fil-Milied. Fost raġunijiet mogħtija nsibu :
• Għandha ssir l-għada tal-Milied għax il-Milied huwa jum dedikat għall-familja u ma jkunx il-ħin għat-televiżjoni
• Ma jkun hemm xejn x’tistenna u x’tara fuq it-television wara l-Milied
• Fil-Milied ħafna nies joħorġu
• L-għada tal-Milied hija tradizzjoni għalina l-Maltin
Dawk li jippreferu l-Milied b’mod ġenerali jemmnu li kulħadd ikun miġbur u hemm il-possibbiltà li n-nies jagħtu aktar.

Għal dawn l-aħħar sentejn, l-Istrina xxandret minn wieħed mill-hangars tal-Lufthansa Technik Malta u għal din is-sena se tiġi trażmessa ghall ewwel darba minn ġewwa l-Palazz tal-Verdala, waħda mir-residenzi tal-President ta' Malta.  Minbarra li wieħed jista’ jsegwi l-ispettaklu ta’ tnax-il siegħa fuq it-televiżjoni, se tingħata wkoll l-opportunità li min jiġi fuq il-post, minbarra li jagħti donazzjoni, ikollu wkoll l-opportunità jdur dawra mal-Palazz u jara r-rikezzi li joffri dan il-wirt storiku Malti.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION “Simplification must ultimately be measured by the difference it makes to beneficiaries implementing projects using EU funding” – Minister Keith Azzopardi Tanti

PR262006

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the importance of dialogue and diplomacy in strengthening international peace and security

PR262005en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the im...

Aktar Stqarrijiet Right arrow