Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA’

pr1472
Date Icon 02/08/2011

Risposta għall-konferenza tal-aħbarijiet mgħotija llum mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni Marie Louise Colerio Preca

Aktar servizzi tas-saħħa b’xejn fil-komunita’ u fl-isptarijiet.... jiżdiedu l-mediċini ġodda 

Dan il-Gvern qiegħed iżid is-servizzi ta’ prevenzjoni, iżid il-mediċini li jingħataw u jżid is-servizzi tas-saħħa fil-komunita’ u fl-isptarijiet.  Dawn qed jingħataw u jibqgħu b’xejn. 

Kuntrarju għal dan l-Oppożizzjoni meta kienet fil-Gvern kienet naqqset l-investiment fil-qasam soċjali, daħħlet ħlasijiet għas-servizzi tas-saħħa u daħħlet taxxi fuq min kien jieħu mediċini mill-isptarijiet u miċ-Ċentri tas-Saħħa.  Għalhekk l-Oppożizzjoni ma tistax titwemmen meta tgħid li s-saħħa għandha tkun b’xejn għaliex meta kienet fil-Gvern kienet daħlet ħlasijiet għas-saħħa.  Dan minkejja li kienet wegħdet li se jibqgħu b’xejn.

Dan il-Gvern neħħa t-taxxi u l-ħlasijiet li kien daħħal il-Gvern Laburista biex dawn reġgħu ġew b’xejn. 

Sal-bieraħ stess, il-Gvern ħabbar aktar servizzi mediċi b’xejn biex persuni li għandhom bżonn jagħmlu l-operazzjoni tal-katarretti jibdew jagħmluha wkoll fil-privat u jħallas il-Gvern.

Il-Gvern qed jifrex ukoll is-servizzi li jingħataw fil-komunita’.  Aktar nies qed jagħmlu użu mill-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek, fejn min jieħu mediċina b’xejn jista’ jiġborha mill-ispiżerija privata tal-lokalita’ u ma jħallas xejn.  B’hekk inqata’ ħafna skariġġ li kien isir qabel mill-pazjenti u qraba tagħhom.

Qed jiżdiedu l-mediċini li jingħataw b’xejn, fosthom għal kanċer tas-sider, fil-pulmun, fid-demm, u l-kliewi.

Tobba tal-familja jistgħu jordnaw direttament fl-Isptar Mater Dei testijiet tad-demm minħabba l-kanċer tal-prostata.  Infetħu bereġ ġodda biex aktar nies jinqdew mil-lokalita’ tagħhom stess.  Infetħu clinics ġodda fil-komunita għas-saħħa mentali.

Il-Gvern qed jinvesti f’faċilitajiet ġodda biex jissaħħu s-servizzi ta’ prevenzjoni u l-kura li tingħata. Sar investiment ta’ €1.6 miljun biex nisa qed jiġu mitluba jagħmlu eżami preventiv tal-kanċer tas-sider.  Qed jinbena ċentru tal-kanċer – is-sodod se jiżdiedu minn 27 fl-Isptar Boffa għall 96 fiċ-Ċentru l-ġdid tal-Onkoloġija.

Dan il-Gvern qed jinvesti fil-prevenzjoni u fis-saħħa biex titjieb il-kwalita’ tal-ħajja tal-poplu Malti u Għawdxi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  “L-ugwaljanza u l-kompetittività jimxu id f’id” – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262007

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI “L-ugwalja...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION “Simplification must ultimately be measured by the difference it makes to beneficiaries implementing projects using EU funding” – Minister Keith Azzopardi Tanti

PR262006

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow