Left arrow Go Back

VERIFIKI TAL-IMWIEŻEN LI JINTUŻAW FIN-NEGOZJU

pr1469
Date Icon 02/08/2011

Skont l-Avviż Legali 223 tal-2011, minn Settembru li ġej l-Awtorita’ Maltija għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) se tibda twettaq verifiki tal-imwieżen li jintużaw fin-negozju.

L-imwieżen li jintużaw sabiex tingħata indikazzjoni tal-piż u li fuqhom jinħarġu kontijiet lill-konsumaturi, jaqgħu taħt dan l-eżerċizzju. Dawn jinkludu fost l-oħrajn l-imwieżen fil-ħwienet tal-merċa u s-supermarkets, l-imwieżen użati minn dawk li jbiegħu fit-toroq (street-hawkers), imwieżen fi ħwienet tal-bejjiegħa tal-metalli prezzjużi u oħrajn.

Il-MCCAA tavża lil kull min juża dawn l-imwieżen biex jaċċerta ruħu li dawn jagħtu l-piż ġust. Fejn jinstab li dawn l-imwieżen m’humiex jagħtu l-piż ġust, ikun jinħtieġ li jiġu aġġustati.

Din hi inizjattiva oħra favur il-kummerċ ġust u permezz tagħha se jkun assigurat li kull apparat tal-kejl ikun qed jaħdem tajjeb, kif suppost. Il-MCCAA se tkun qed taħdem id f’id mas-sidien tan-negozji biex fejn ikun meħtieġ tgħinhom jaqdu tajjeb lill-klijenti tagħhom. Is-sidien ta’ dawn l-istrumenti jistgħu javviċinaw lill-MCCAA għal kull tip ta’ informazzjoni dwar il-ħtieġa ta’ użu tajjeb tal-istrumenti tal-kejl tagħhom.

Għal kull informazzjoni wieħed jista jċempel fuq in-numru 23952000 jew jikkomunika mal-MCCAA billi jibgħat e-mail fuq info@msa.org.mt.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI  “L-ugwaljanza u l-kompetittività jimxu id f’id” – Il-Ministru Rosianne Cutajar

PR262007

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-UGWALJANZA U D-DRITTIJIET ĊIVILI “L-ugwalja...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION “Simplification must ultimately be measured by the difference it makes to beneficiaries implementing projects using EU funding” – Minister Keith Azzopardi Tanti

PR262006

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow