Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GHALL-KONSUMATURI, KOMPETIZZJONI GUSTA, KUNSILLI LOKALI U KONSULTAZZJONI PUBBLIKA

pr1465
Date Icon 01/08/2011

Gvern sensittiv li jgħin lill-familji fil-bżonn

L-istqarrija tal-kelliem tal-Oppożizzjoni Gino Cauchi tkompli tikkonferma li l-Oppożizzjoni m’għandhiex idea kif jaħdem id-djalogu soċjali. Mhux konxja lanqas tan-numru ta’ laqgħat tal-MCESD li saru fil-ġimgħat u x-xhur li għaddew u li fihom saret diskussjoni dwar l-effett tal-prezz internazzjonali taż-żejt fuq Malta.  Id-dikjarazzjoni tiegħu tistona wkoll mar-reazzjoni pożittiva tal-imsieħba soċjali, unions tal-ħaddiema u għaqdiet ta’ min iħaddem, li esprimew ruħhom b’mod pożittiv għall-mod kif saret il-konsultazzjoni u għall-kumpens li ngħata.

Wara dawn il-laqgħat u wara li tfassal rapport, kif maqbul mal-imsieħba soċjali, il-Gvern ħabbar kumpens ta’ €4 miljun lil 62,000 persuna  f’34,000 familja. Il-kumpens se jkun ta' €70  għal kull familja li miegħu jiżdiedu wkoll €35 oħra għal kull persuna dipendenti fl-istess familja. Għalhekk familja ta' erba' persuni li taqa' fil-kategorija ta' dawk vulnerabbli se tkun qed tieħu €175 f'benefiċċju.

Fl-ewwel nofs ta’ din is-sena, il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali tlaqqa’ tliet darbiet biex jiddiskuti x’għajnuna tista’ tingħata lill-familji vulnerabbli minħabba l-piżijiet tal-prezzijiet internazzjonali taż-żejt li qed jikkaġunaw żidiet fil-prezz tal-enerġija.  Il-laqgħat saru nhar il-Ġimgħa 7 ta’ Jannar, nhar l-Erbgħa 13 ta’ April u nhar it-Tlieta 5 ta’ Lulju. F’dawn il-laqgħat il-Gvern ta dettalji u saret diskussjoni mal-imsieħba soċjali dwar is-sitwazzjoni tal-prezz internazzjonali taż-żejt.

Ta’ min jirrimarka li filwaqt li l-ekonomiji kollha qed jintlaqtu miż-żidiet fil-prezzijiet internazzjonali tal-enerġija, li qed iħallu impatt partikolari fuq il-prezzijiet tal-fuels, f’Malta, il-prezz tal-petrol u d-diesel hu taħt il-medja tal-prezz fil-pajjizi tal-Unjoni Ewropea.  Kuntrarju ta’ pajjiżi ohra Malta hi dipendenti fuq l-importazzjoni ta’ din ir-rizorsa ghaliex ma tipprovdix fuel, madanakollu l-prezz tal-fuel hu anqas mill-medja ewropea.

Kif wiegħed fil-Budget, il-Gvern għamel studju dwar l-impatt tal-inflazzjoni f’pajjiżna. Aktar minn 62,000 pesuna se jkunu qed jirċievu Special Energy Allowance.  Dan juri s-sensittivita’ tal-Gvern li qed jgħin familji li għandhom l-aktar bżonn.  Juri wkoll kemm il-Gvern qed iħaddem sew id-djalogu soċjali mal-unions tal-ħaddiema u l-għaqdiet ta’ min iħaddem u s-sidien tan-negozji ż-żgħar. 

Minbarra dawk il-familji li huma eliġibbli għall-Benefiċċju tal-Enerġija sar eżami ta’ familji oħra li jirċievu jew l-Għajnuna Supplimentari jew l-Allowance tat-Tfal li ma jikkwalifikawx għal benefiċċju ta’ l-enerġija biex jiġi determinat liema huma dawk il-familji li d-dħul kollu tagħhom kif dikjarat għal skop ta’ dawn il-benefiċċji soċjali għalkemm ogħla minn dak biex jikkwalifikaw għal Benefiċċju ta’ l-Enerġija, xorta jirriżulta li għandhom jigu mgħejuna għaliex hu anqas minn 60 fil-mija tad-Dħul Medjan Ekwivalizzat. 

Filwaqt li l-Gvern qed jagħti għajnuna lill-familji li għandhom l-aktar bżonn minħabba ż-żieda fil-prezz internazzjonali taz-zejt, ħareġ skemi oħra fejn qed jingħataw sa €560 biex familji jixtru solar water heater u sa €3,000 biex jagħmlu panelli fotovoltajiċi, b’hekk jintuża anqas fuel, jużaw anqas elettriku u titjieb il-kwalita’ tal-arja f’pajjiżna.   Dan minbarra li l-Gvern diġa qassam aktar minn miljun bozza energy saving lil 130,000 familja u qed jagħti skont sa 25% fuq il-konsum tad-dawl fil-kont tad-dawl lil min jikkonsma l-enerġija b’għaqal u mingħajr ħela.

Il-Gvern, permezz tal-Malta Enterprise hareg ukoll skemi biex negozji, fabbriki, lukandiera u kumpaniji privati igawdu minn għotja finanzjarja biex ikunu jistgħu jinvestu f’pannelli fotovoltaici u b’hekk jużaw l-elettriku ġenerat mix-xemx.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION “Simplification must ultimately be measured by the difference it makes to beneficiaries implementing projects using EU funding” – Minister Keith Azzopardi Tanti

PR262006

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the importance of dialogue and diplomacy in strengthening international peace and security

PR262005en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the im...

More Press Releases Right arrow