IL-GVERN IŻID IS-SERVIZZI TAS-SAĦĦA B’XEJN
Operazzjonijiet tal-katarreti fil-privat imħallsa mill-Gvern
Mil-lum il-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità beda proċess li bih, pazjenti li isimhom jinsab fuq il-waiting list għal operazzjoni tal-katarretti qed jiġu kkuntattjati mill-Isptar Mater Dei sabiex jagħmlu l-operazzjoni b’xejn, fi sptar privat.
Dan qed isir wara li fuq inizjattiva tal-Ministru Joe Cassar, intlaħaq ftehim bejn il-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità u żewġ sptarijiet privati f’pajjiżna – St. James u St. Anne’s.
Il-Ministru Cassar esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal dan il-pass importanti. “Permezz ta’ din l-inizjattiva, dan il-Gvern qed iżomm ma’ żewġ wegħdiet elettorali oħra fis-settur: li s-saħħa tibqa’ b’xejn u li b’kollaborazzjoni mal-privat tkompli titnaqqas il-lista ta’ stennija għall-operazzjonijiet. L-ewwel li qed jiġu kkuntattjati huma dawk li ilhom jistennew l-aktar.
Hu qal li din l-inizjattiva ta’ koperazzjoni mas-settur privat issegwi inizjattiva oħra li bdiet is-sena li għaddiet fejn pazjenti li jkollhom bżonn jagħmlu PET Scan minħabba l-kanċer jagħmlu dan it-test fil-privat u jħallas il-Gvern.
Il-Ministru Joe Cassar qal li bid-deċiżjoni li qed titħabbar illum se jkompli jiżdied l-ammont ta’ nies li jagħmlu operazzjonijiet. Hu qal li dan qiegħed isir fl-istess waqt li l-operazzjonijiet fl-Isptar Mater Dei qed jiżdiedu wkoll. Filwaqt li fl-aħħar sena tal-Isptar San Luqa kienu saru 32,746 operazzjoni, is-sena li għaddiet saru 41,795 – żieda ta’ 9,000 operazzjoni. Dan qiegħed isir għaliex żdiedu n-numru ta’ infermiera, qed jintużaw aktar teatri tal-operazzjonijiet, l-operazzjonijiet qed isiru f’ħinijiet itwal tal-ġurnata u fejn ikun meħtieġ, konsulenti li jilħqu l-eta’ tal-irtirar qed jinżammu jaħdmu fis-servizz mediku.
Stqarrijiet Oħra:
PR262006
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR262005en