WASAL BIEX JITLESTA X-XOGĦOL FUQ IS-SALUTING BATTERY FIL-BARRAKKA TA’ FUQ
Illum il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali żar ix-xogħlijiet ta’ tisbiħ li qed isiru fis-saluting battery taħt il-Barrakka ta’ fuq. Dawn ix-xogħlijiet jinsabu fi stadju avvanzat u l-post għandu jerġa’ jinfetaħ għall-pubbliku fil-ġranet li ġejjin.
Dan ix-xogħol fuq is-saluting battery mhux biss huwa wieħed ta’ tisbiħ iżda għandu l-għan li jkompli jippreserva l-Lascaris War Rooms. Matul is-snin bdiet tkun inottata ħsara fil-ġebel tal-Lascaris war rooms kawża tal-ilma li beda jgħaddi minn taħt it-turf u l-art tas-saluting battery. Għalhekk ittieħdet deċiżjoni li jinqala’ l-wiċċ tal-ġnien u jsir waterproofing kemm taħt it-turf kif ukoll taħt il-pavimentar sabiex l-ilma ma jinżilx fil-war rooms.
Il-materjal użat f’dan il-proġett ilaħħaq l-ispiża ta’ madwar €150,000. F’partijiet ta’ dan il-post fejn kien hemm pavimentar tal-ġebel antik dawn ġew enumerati u nqalgħu sabiex isir il-waterproofing u qed jerġgħu jitpoġġew. Dan il-proġett qed isir fuq spazju ta’ ‘l fuq minn 1,650 metru kwadru.
Stqarrijiet Oħra:
PR262006
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR262005en