Left arrow Mur Lura

AVVIŻ MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI – REFERENDUM NAZZJONALI 28 TA` MEJJU, 2011

pr0982
Date Icon 19/05/2011

Votanti li ma jkunux jistgħu joqgħodu fil-kju

Il-Kummissjoni Elettorali  tgħarraf illi fil-ġurnata tal-votazzjoni:

1. persuni li  għalqu  s-70 sena u dawk li jinġiebu fuq ‘stretchers’ jew mill-isptarijiet u istituzzjonijiet għall-anzjani,   għandhom  jitħallew  jaqbżu  l-kju f’kull ħin  tal-votazzjoni  mingħajr il-bżonn ta’  ċertifikat tat-tabib.

2. Persuni li jippreżentaw  il-KartAnzjan u li ma għalqux is-70 sena,  jitħallew jaqbżu  l-kju  bejn  is-1.00 p.m.  u  l-5.00 p.m.

3. Dawk il-persuni l-oħra li jkunu morda u ma jistgħux jistennew fil-kju jrid ikollhom  ċertifikat  tat-tabib biex  jitħallew jaqbżu  l-kju u dan wara  s-1.00 p.m.   Dawk il-persuni li jippreżentaw  il-karta tal-identità speċjali maħruġa  mill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni  b’Diżabilità  jingħataw  l-istess  faċilità  mingħajr  ħtieġa  ta’  ċertifikat  mediku.

4. Iżda,  wara kull persuna minn dawk imsemmija f’paragrafi 1, 2 u 3, li jkunu talbu l-assistenza tal-Assistenti Kummissjonarji biex jivvutaw,  għandhom jitħallew jidħlu jivvotaw għaxar votanti li m’għandhomx bżonn ta’ assistenza.

Il-Kummissjoni Elettorali tirċievi applikazzjonijiet mingħand it-tobba għall-għoti ta’ formoli uffiċjali li jservu bħala ċertifikat mediku  għal persuni morda biex  jitħallew  jaqbżu  l-kju  waqt  il-votazzjoni  fil-ħin imsemmi aktar qabel. Kull tabib li japplika jingħata   mitt  formola  numerata  li  fuqha  jinkiteb  iċ-ċertifikat  u  dan  in-numru ta’ formoli jista’  jiżdied  skont  il-ħtieġa.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION “Simplification must ultimately be measured by the difference it makes to beneficiaries implementing projects using EU funding” – Minister Keith Azzopardi Tanti

PR262006

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the importance of dialogue and diplomacy in strengthening international peace and security

PR262005en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the im...

Aktar Stqarrijiet Right arrow