Left arrow Mur Lura

STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT: PASSI LEGALI KONTRA L-PARTIT LABURISTA WARA L-ISTQARRIJA QARRIEQA PPUBBLIKATA LLEJLA

pr0980
Date Icon 18/05/2011

Il-Ministru Tonio Fenech se jieħu aktar passi legali kontra l-Partit Laburista dwar l-istqarrija qarrieqa u malafamanti li ħarġet illejla mill-Partit Laburista.  Dawn il-passi legali jingħaqdu ma’ libell ieħor li diġa’ sar kontra l-media tal-Partit Laburista, mill-istess Ministru Tonio Fenech.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat ma għandu ebda argumenti ekonomiċi u finanzjarji biex jirribbati l-politika u r-riżultati miksuba mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li huma rikonoxxuti wkoll minn istituzzjonijiet indipendenti internazzjonali u għalhekk jirrikorri għal character assassination – fejn bl-aktar mod qarrieqi jattakka lill-persuna mingħajr raġuni.

Il-Kap tal-Oppozizzjoni fil-bidu tal-ħatra tiegħu kien qal li se jimxi b’etika u jrid li l-media tal-Oppożizzjoni timxi fuq kodiċi ta’ etika li ta hu stess.  Joseph Muscat rema l-Kodiċi ta’ Etika biex la jużah hu u lanqas tużah il-media tal-Oppożizzjoni.  Għal Joseph Muscat ma jeżistix il-valur tas-sewwa u l-kelma li ta ma tiswa xejn.

L-attakk li għaddej bih l-Oppożizzjoni huwa xhieda ta’ Oppożizzjoni li hi xotta u dgħajfa minn dawk li huma argumenti ekonomici u finanzjarji u  tirritorna għall-mezzi użati regolarment fl-aħħar snin biex twettaq assassinju politiku.

Għaldaqtstant, fid-dawl tal-istqarrija tal-lejla, il-Ministru Fenech se jkun qed ikompli jieħu l-passi meħtieġa, biex ikompli jiddefendi ismu, skont il-liġi.  Il-Kap tal-Oppożizzjoni u l-Oppożizzjoni jkunu qed iqarrqu meta jgħidu li l-Ministru ma fetaħx libell dwar allegazzjonijiet infondati li saru għaliex il-Ministru Tonio Fenech fetaħ libell kontra l-editur ta’ One News li rrapporta allegazzjonijiet foloz li għamel Charles Magro.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION “Simplification must ultimately be measured by the difference it makes to beneficiaries implementing projects using EU funding” – Minister Keith Azzopardi Tanti

PR262006

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the importance of dialogue and diplomacy in strengthening international peace and security

PR262005en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the im...

Aktar Stqarrijiet Right arrow