Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN

pr0979
Date Icon 18/05/2011

Il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern jirreferi għal numru ta’ rapporti li dehru fil-mezzi tax-xandir dwar priġunier li kien qed jallega li għandu informazzjoni dwar min qatel lil Raymond Caruana fil-Gudja fl-1986.

Illum wara nofsinhar, dan il-priġunier ta’ 35 sena ġie intervistat fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Furjana, fil-preżenza tal-Maġistrat Dr Edwina Grima, li hija l-Maġistrat Inkwirenti responsabbli minn dan il-każ u fil-preżenza tal-Kummissarju tal-Pulizija John Rizzo. Fuq parir u direzzjoni tal-uffiċċjal investigattiv, preżenti għal din l-intervista kien hemm ukoll il-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor. Carmelo Mifsud Bonnici.

Qabel dan, il-priġunier kien diġà tkellem għal numru ta’ siegħat mal-Kummissarju tal-Pulizija u ġie offrut ukoll il-possibilità li jitkellem waħdu mal-Maġistrat Inkwirenti, bil-ġurament, fuq dak li jrid jiddikjara.

Waqt l-intervista l-priġunier għażel li ma jitkellem xejn dwar dak li kien iddikjara li ser jagħmel, u ċioè li jiżvela l-isem ta’ min wettaq id-delitt, iżda tkellem biss dwar il-kundizzjonijiet fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u ressaq talba, li ma kellha x’taqsam xejn mal-każ ta’ qtil, biex jingħata xi privileġġi waqt li qiegħed jinżamm taħt arrest.  Il-priġunier ġie nfurmat li dak li huwa tiegħu bi dritt jingħatalu mingħajr privileġġi.

Kif diġà ntqal fl-istqarrija numru 957 maħruġa l-bieraħ, il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern ifakkar li l-Ministru m’għandu ebda setgħat mogħtija bil-liġi biex jinvestiga reati kriminali. Il-preżenza tal-Ministru llum waqt din l-intervista ma kinitx ta’ natura nvestigattiva, iżda kienet intiża biss sabiex jekk hemm ċans li jintefa’ dawl fuq dan il-każ ta’ qtil, dan ma jintilifx.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION “Simplification must ultimately be measured by the difference it makes to beneficiaries implementing projects using EU funding” – Minister Keith Azzopardi Tanti

PR262006

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the importance of dialogue and diplomacy in strengthening international peace and security

PR262005en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the im...

More Press Releases Right arrow