IL-VIĊI PRIM MINISTRU U MINISTRU TAL-AFFARIJIET BARRANIN DR TONIO BORG JILTAQA’ MAL-KUMMISSARJU GĦOLI-MAĦTUR TA’ NEW ZEALAND, L-E.T. TREVOR MATHESON
Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin Dr Tonio Borg iltaqa’ mal-Kummissarju Għoli-maħtur ta’ New Zealand Trevor Matheson. L-E.T. Trevor Matheson għada se jippreżenta l-kredenzjali tiegħu lill-President ta’ Malta Dr George Abela.
Matul il-laqgħa, l-E.T. Trevor Matheson irringrazzja lil Dr Tonio Borg għall-għajnuna finanzjarja mogħtija minn Malta lil New Zealand, wara t-terremot li laqgħat lil Christchurch fi Frar li għadda.
Il-Viċi Prim Ministru Tonio Borg qal li l-Gvern Malti aġixxa skont il-bżonnijiet tal-poplu tan-New Zealand. F’dan iż-żmien ta’ diffikultà, l-għajnuna ta’ Malta wasslet sabiex ikunu provduti materjali ta’ sanità u sistemazzjoni ta’ djar temporanja għall-poplu ta’ Christchurch.
Min-naħa tiegħu, il-Kummissarju Għoli-maħtur stqarr li din l-assistenza hija prova tar-relazzjonijiet b’saħħithom bejn iż-żewġ pajjiżi.
Stqarrijiet Oħra:
PR262006
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR262005en