Left arrow Mur Lura

IT-TIELET EDIZZJONI TAL-ATTIVITÀ MILITARY MTARFA

pr0974
Date Icon 18/05/2011

Għat-tielet sena konsekuttiva l-Kunsill Lokali Mtarfa se jorganizza l-attività Military Mtarfa li tagħti spazju għal re-enactments u esebizzjonijiet marbuta mal-preżenza militari Ingliża fl-istorja ta’ din il-lokalità. L-attività se tkun organizzata l-Ħadd 22 ta’ Mejju 2011 bejn il-11am u l-4pm u se tinkludi wirjiet b’suldati b’uniformijiet u tagħmir tat-Tieni Gwerra Dinjija, kif ukoll it-tqassim tal-ikel mill-Victory Kitchen. Il-programm jinkludi wkoll diversi attrazzjonijiet oħra u wirjiet fosthom ta’ vetturi u muturi ta’ qabel l-1945. Xelters u swali fl-isptar l-antik tal-Imtarfa, kif ukoll it-torri tal-arloġġ, se jkunu miftuħa għall-pubbliku wkoll.

Id-dettalji ngħataw waqt konferenza tal-aħbarijiet mis-Segretarju Parlamentari responsabbli mit-Turiżmu Mario de Marco u mis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali Chris Said,  u mis-Sindku tal-Imtarfa Anton Mifsud.

Is-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura, Mario de Marco  qal li dawn l-attivitajiet itejbu l-prodott turistiku u kulturali tagħna. Hu qal li Military Mtarfa se sservi biex il-poplu Malti jkattar l-għarfien tiegħu dwar l-istorja militari ta’ pajjiżna u r-rabta tagħha mar-raħal tal-Imtarfa. Dan filwaqt li sservi biex joffri esperjenza unika lit-turist, tenna Mario de Marco. Is-Segretarju Parlamentari qal li huwa meħtieġ li jiġu organizzati attivitajiet li jippromwovu l-istorja tal-irħula u jsaħħu l-aċċessibilità ta’ siti storiċi. Hu qal li huwa għalhekk li fl-aħħar tliet snin, il-Gvern investa €750,000 f’fondi għall-inizjattivi kulturali mill-kunsilli lokali.

Is-Segretarju Parlamentari Chris Said faħħar lill-Kunsill Lokali tal-Imtarfa għax bil-ħidma tiegħu qed jirnexxielu jdaħħal sens ta’ identita’ u komunita’ f’lokalita’ li għadha relattivament żagħżugħa. Dan għaliex il-Kunsill Lokali tal-Imtarfa ilu li twaqqaf biss ftit aktar minn 10 snin u fil-biċċa l-kbira tagħhom ir-residenti ġejjin minn lokalitajiet oħra f’Malta. Hu qal li din is-sens ta’ identità għal komunità ġdida bħall-Imtarfa jista’ jitrawwem bil-mod kif qed jagħmel il-Kunsill Lokali – billi jqajjem interess fil-wirt storiku u kulturali tal-lokalità. Chris Said qal li l-Imtarfa hi marbuta mal-preżenza militari tal-Ingliżi f’Malta, u dak li ħallew warajhom - l-arkitettura u l-binjiet ewlenin fost l-oħrajn - qed ikunu sfruttati bl-aħjar mod biex jagħmlu l-istorja aktar tanġibbli.

L-attività qed tiġi mgħejuna mill-iskema ta’ Inizjattivi u Attivitajiet 2011 imħaddma mis-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali u mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. Għal din l-attività l-pubbliku se jkun jista’ jagħmel użu minn transport shuttle service li jitlaq mill-Adventure Park f’Ta’ Qali għal ġo ċ-ċentru tal-Imtarfa u lura, bi prezz ta’ €1. Se jkun qed jitħaddem ukoll s-servizz ta’ trackless train li titlaq minn fejn il-Villa Rumana fir-Rabat.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION “Simplification must ultimately be measured by the difference it makes to beneficiaries implementing projects using EU funding” – Minister Keith Azzopardi Tanti

PR262006

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the importance of dialogue and diplomacy in strengthening international peace and security

PR262005en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the im...

Aktar Stqarrijiet Right arrow