Left arrow Mur Lura

IMĦAWLA 55 SIĠRA F’GĦAJN TUFFIEĦA

pr0972
Date Icon 18/05/2011

Ħaddiema mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ngħaqdu flimkien biex iħawlu 55 siġra taċ-ċipress f’sit f’Għajn Tuffieħa.

Is-siġar tħawlu bl-għajnuna ta’ ħaddiema mill-Ministeru tar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali bħala parti mill-attivitajiet li qed isiru biex jitfakkru l-55 sena ta’ sigurtà soċjali f’pajjiżna.

Dawn il-55 siġra, li fil-fatt jissimbolizzaw il-55 sena ta’ sigurtà soċjali f’pajjiżna, se jkunu qed jagħtu dehra isbaħ lil dan il-post.

Din l-attività, li fiha ħadu sehem ħaddiema li ġejjin minn setturi u taqsimiet differenti tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, saret ukoll bħala parti mill-kampanja 34U u l-ħsieb warajha kien biex jiżdied l-għarfien u l-parteċipazzjoni diretta ta’ kulħadd fil-ħarsien tal-ambjent ta’ madwarna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION “Simplification must ultimately be measured by the difference it makes to beneficiaries implementing projects using EU funding” – Minister Keith Azzopardi Tanti

PR262006

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the importance of dialogue and diplomacy in strengthening international peace and security

PR262005en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the im...

Aktar Stqarrijiet Right arrow