Left arrow Go Back

RIŻULTATI POŻITTIVI GĦAS-SETTUR TURISTIKU

pr0967
Date Icon 17/05/2011

F’Marzu ta’ din is-sena, żaru pajjiżna total ta’ 99,668 turist. Jekk wieħed inaqqas il-passiġġieri li ġew Malta minħabba l-kriżi tal-Libja, isib li fit-tielet xahar tas-sena kien hawn 89,232 turist li ġew għal btala. Dan ifisser żieda ta’ 16.9% fuq l-istess xahar is-sena li għaddiet. Dan joħroġ minn ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO).

L-istatistika turi wkoll li f’Marzu ta’ din is-sena, it-turisti nefqu €67 miljun li tfisser żieda ta’ €9.8 miljun fuq Marzu 2010 filwaqt li l-iljieli li t-turisti qattgħu Malta ammontaw għal 756,223 li tfisser żieda ta’ 134,895 fuq l-iljieli f’Marzu tas-sena l-oħra. B’kollox fl-ewwel tlett xhur tas-sena ġew f’pajjiżna 230,008 turist li fissru żieda ta’ 43,839 turist fuq l-ewwel tlett xhur tas-sena 2010. Dawn nefqu €159.5 miljun liema nefqa żdiedet bi 17% u qattgħu 1,780,852 lejl li jfisser żieda ta’ 21% fuq n-numru ta’ ljieli fl-istess perjodu tas-sena li għaddiet. Għalhekk fl-ewwel tlett xhur ta’ din is-sena pajjiżna kellu riżultati pożittivi fit-tlett indikaturi ewlenin tas-settur li huma l-ammont ta’ turisti, in-nefqa u l-iljieli li qattgħu f’pajjiżna.

Dawn ir-riżultati ma ġewx b’kumbinazzjoni imma huma frott il-ħidma tal-Gvern li qed jinvesti fi promozzjoni effettiva, fit-titjib tal-aċċessibilita’ u fil-prodott turistiku. Filwaqt li żied l-vot tal-MTA għal €35 miljun, il-Gvern qed jinvesti f’diversi proġetti kapitali u infrastrutturali li jsaħħu l-prodott turistiku. Dawn jinkludu l-investiment fit-toroq, il-proġett ta’ Bieb il-Belt u r-restawr ta’ sitt kilometri ta’ swar.

Il-Gvern qed jinvesti wkoll f’diversi skemi li jiffukaw fuq it-titjib tal-prodott, l-innovazzjoni u t-titjib tas-servizz. Dawn jinkludu skema ta’ €10 miljun ewro fi proġetti ta’ turiżmu sostenibbli u skema ta’ €3 miljun ewro fit-taħriġ ta’ persuni li diġà jaħdmu fil-qasam turistiku.  Dan ix-xahar tħabbret ukoll skema li tħeġġeġ l-investiment fil-prodott turistiku permezz ta’soft loans għall-istabbilimenti li joffru akkomodazzjoni jew catering. Permezz ta’ din l-iskema jista’ jiġi approvat self sa  €400,000 li jkopri 80% tal-ispejjez eligibbli fuq 5 snin. Dawn l-iskemi jaċċertaw li pajjiżna jibqa’ jinvesti fit-titjib tal-prodott u b’hekk jibqa’ kompettitiv. Ir-riżultati li qed ikollna fil-qasam turistiku huma wkoll ir-riżultat ta’ koperazzjoni effettiva bejn il-Gvern, l-MTA u l-istakeholders li lkoll qed jaħdmu flimkien biex isaħħu s-settur turistiku.

Iċ-ċifri tal-NSO għal Marzu juru wkoll li matul dan ix-xahar partikolari kien hemm żieda fis-swieq ewlenin bħar-Renju Unit u l-Italja iżda kien hemm ukoll żieda sostanzjali ta’ 15,094 turist mis-swieq barra mill-Unjoni Ewropea.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION “Simplification must ultimately be measured by the difference it makes to beneficiaries implementing projects using EU funding” – Minister Keith Azzopardi Tanti

PR262006

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the importance of dialogue and diplomacy in strengthening international peace and security

PR262005en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the im...

More Press Releases Right arrow