Left arrow Go Back

-ONOR. JOE CASSAR, MINISTRU GĦAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ, JATTENDI L-ASSEMBLEA ĠENERALI DINJIJA TAS-SAĦĦA

pr0966
Date Icon 17/05/2011

Il-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità qed imexxi delegazzjoni li qed tattendi għall-64 sessjoni tal-Assemblea Dinjija tas-Saħħa li fetħet illum f’Ġinevra (l-Iżvizzera).  Fl-ewwel jum tal-Assemblea, id-Direttur Ġenerali tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, Dr Margaret Chan, għamlet id-diskors tal-ftuħ li ta’ ħarsa ġenerali lejn il-qagħda tas-saħħa fuq livell globali. 

Fost affarijiet oħra d-Direttur Ġenerali rreferiet għall-avvanz li sar fil-kontroll u t-trattament ta’ mard infettiv bħall-Malarja, il-Meninġite u l-HIV/AIDS kif ukoll fuq il-kontroll tal-Poljo fl-erba pajjiżi li fihom għada tinsab din il-marda.  Dan ma kienx biss minħabba trattamenti aħjar iżda fuq kollox minħabba għoti aktar intensiv tat-tilqim neċessarju.  Hija saħqet ukoll fuq il-ħtieġa li jiġi assigurat aċċess għas-servizzi tas-saħħa minn kulħadd speċjalment minn dawk li l-aktar għandhom bżonn.

Dr Chan irreferiet għar-rapport tal-inkjesta li saret dwar l-għaġir tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa fil-pandemija li ħakmitna sentejn ilu.  B’sodisfazzjon irrapurtat li l-inkjesta sabet li l-Għaqda imxiet kif suppost meta iddikjarat pandemija u ma sabet l-ebda evidenza li kien hemm xi kollaborazzjoni ma’ produtturi fl-industrija farmaċewtika fil-pariri mogħtija.  Hija stqarret li diġà qed tieħu l-passi biex taddotta r-rakkomandazzjoni li saru fir-rapport.

Wara hija għamlet referenza għall-effett li qed ikollhom fuq is-saħħa l-kriżi ekonomika, it-tibdil fil-klima, kif ukoll il-kunflitti u l-gwerer.  Hija kkundannat b’mod l-aktar iebes attakki li jsiru fuq ħaddiema fis-settur tas-saħħa u fuq nies ċivili speċjalment fuq in-nisa u t-tfal f’ċirkostanzi ta’ kunflitti.

Hija rreferiet ukoll għall-impatt li mard kroniku li ma jittieħedx ikollu fuq is-saħħa u l-ekonomija madwar id-dinja kollha u l-ħtieġa t’azzjoni agressiva biex dan il-mard jiġi ikkontrollat.  L-importanza ta’ dan il-mard ġiet diskussa f’Moska ix-xahar l-ieħor u se tiġi diskussa fl-ogħla livelli fl-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti f’Settembru.

Fl-aħħarnett hija  tat ħarsa lejn ir-riformi fl-organizzazzjoni tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa biex din tkun tista’ tilqa u tiġġieled dawn l-isfidi b’mod aktar komprensiv u effiċjenti.  Hija appellat lill-pajjiżi biex jappoġjaw il-proposti li ser jiġu ppreżentati u diskussi waqt  l-Assemblea.

L-Assemblea mistennija tagħlaq fl-24 ta’Mejju.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION “Simplification must ultimately be measured by the difference it makes to beneficiaries implementing projects using EU funding” – Minister Keith Azzopardi Tanti

PR262006

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the importance of dialogue and diplomacy in strengthening international peace and security

PR262005en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the im...

More Press Releases Right arrow