Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, EKONOMIJA U INVESTIMENT B’RISPOSTA GĦALL-ISTQARRIJA MARĦUĠA MILL-PARTIT LABURISTA DWAR IL-POWER STATION

pr0964
Date Icon 17/05/2011

Ir-raba’ konferma tal-kampanja diżonesta tal-Oppożizzjoni dwar il-Power Station


L-Awditur Ġenerali għal darb’oħra rema l-allegazzjonijiet tal-Oppożizzjoni, li għamlet minn kollox biex tfixkel il-proċess tal-estenjoni tal-Power Station.   B’dan ir-rapport kompliet toħroġ aktar fil-beraħ id-diżonestà politika tal-Oppożizzjoni li lesta li tivvinta biex tipprova tagħti raġun lilha nnifisha, meta tkun taf li mhix qed tgħid il-verità.  L-Oppożizzjoni irriċiklat l-allegazzjonijiet li għamlet biex tagħti impressjoni li qed tgħid affarijiet ġodda, meta jkun diġà stabbiliet li dak li qalet hu falz, qarrieqi u diżonest. 

L-Awditur Ġenerali uża kliem iebes fil-konfront tal-oppozizzjoni u sejjaħ l-allegazzjonijiet li għamlet dwar korruzzjoni bħala foloz, li ma ġewx ippruvati, li ma kien hemm xejn illegali u li l-allegazzjonijiet tal-Oppożizzjoni kienu retorika.

Id-deputat Laburista Evarist Bartolo u l-Oppożizzjoni immuntaw kampanja bi qlajjiet, informazzjoni ħażina u allegazzjonijiet foloz.

Ir-rapport tal-Awditur Ġenerali li ġie pubblikat il-bieraħ dwar l-estensjoni tal-Power Station hu ċar:  l-allegazzjonijiet tal-Oppożizzjoni u tad-deputat Laburista Evarist Bartolo huma infondati.  L-Oppożizzjoni għamlet allegazzjoni biex tipprova tqarraq bin-nies.

Din hi r-raba’ darba li saret investigazzjoni fuq allegazzjonijiet tal-Oppożizzjoni fejn irriżulta li l-allegazzjonijiet ma kinux minnhom:

• April 2010 – L-Awditur Ġenerali ħareġ rapport li juri li l-allegazzjonijiet tal-Oppożizzjoni ma kinux veri
• Novembru 2010/Diċembru 2010 – L-Awditur Ġenerali jidher quddiem il-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi u jgħid li kieku sab xi evidenza ta’ korruzjoni kien imur dritt għand il-Kummissarju tal-Pulizija.  Jgħid ukoll li l-proċess tal-għażla ġie mgħarbel f’10 stadju differenti, ġie analizzat fi 3 rapporti li kull wieħed kien approvat unanimament minn 3 kumitati differenti, fil-proċess kien hemm involuti 25 ruħ u ma nstabet l-ebda korruzzjoni
• Jannar 2011 – Il-Kummissjoni Ewropea iddikjarat Malta imxiet mad-direttivi Ewropej u għalhekk ma hemmx kas kontra Malta dwar l-estenjoni tal-Power Station
• Mejju 2011 – L-Awditur Ġenerali joħroġ rapport ieħor li għar-raba’ darba juri li l-allegazzjonijiet tal-Oppożizzjoni m’humiex veri iżda huma qlajjiet u retorika.


Il-gwida tal-oppożizzjoni f’din il-kampanja hi d-diżonesta politika, li tkompli tivvinta.   Fil-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi mix-xhieda li ta l-Awditur Ġenerali fl-14 ta’ Diċembru 2010 ġie stabbilit li BWSC huma €294 miljun irħas minn Bateman.  L-evalwazzjoni li saret fil-proċess tat-tender kienet tinkludi l-manutenzjoni.

L-Oppożizzjoni riedet li jingħażel kuntratt li bih kien ikollhom jgħolew it-tariffi tal-elettriku għall-familji u għas-settur kummerċjali u industrijali.    L-Oppożizzjoni riedet li t-tariffi għall-familji u għal min qiegħed fin-negozju jgħolew bi 30%.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION “Simplification must ultimately be measured by the difference it makes to beneficiaries implementing projects using EU funding” – Minister Keith Azzopardi Tanti

PR262006

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the importance of dialogue and diplomacy in strengthening international peace and security

PR262005en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the im...

Aktar Stqarrijiet Right arrow