Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-KONSUMATURI, KOMPETIZZJONI ĠUSTA, KUNSILLI LOKALI U KONSULTAZZJONI PUBBLIKA

pr0960
Date Icon 17/05/2011

L-Oppożizzjoni tibqa’ tilgħab għall-gallarija meta taf li hemm inkjesta għaddejja

Il-Gvern itenni li ma jittollera l-ebda sfruttament tal-ħaddiema u jeżiġi li min iħaddem josserva l-Liġi tax-Xogħol filwaqt li jonora l-obbligi kollha tiegħu fil-konfront tal-ħaddiema.
Hu għalhekk li l-Gvern ħatar Bord ta’ Inkjesta bil-poteri kollha li jagħtih l-Att dwar l-Inkjesti (Kap 273) sabiex jinvestiga l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-Care Workers fl-Isptarijiet u fir-Residenzi tal-Anzjani.
Il-Bord ta’ Inkjesta maħtur apposta għandu l-poter li jinvestiga, jistabbilixxi l-fatti dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-Care Workers, u jissuġġerixxi l-passi li għandhom jittieħdu f’każ li jinstabu irregolaritajiet.
Il-Bord jista’ jsejjaħ quddiemu persuni li jista’ jkollhom informazzjoni dwar dak li qed jiġi allegat u rappurtat, li jiġbor xhieda ġuramentata, u li jiġbor id-dokumenti kollha meħtieġa. B’hekk il-liġi tagħti lill-bord tal-inkjesta aktar saħħa.
Filwaqt li l-Gvern qed jistenna li jsiru l-investigazzjonijiet min-naħa tal-Bord maħtur apposta, l-Oppożizzjoni u l-kelliema tagħha jibqgħu jilagħbu għall-gallarija.  L-Oppożizzjoni għandha dmir li ma tagħmilx dikjarazzjonijiet li jfixklu l-investigazzjoni li għaddejja.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION “Simplification must ultimately be measured by the difference it makes to beneficiaries implementing projects using EU funding” – Minister Keith Azzopardi Tanti

PR262006

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the importance of dialogue and diplomacy in strengthening international peace and security

PR262005en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the im...

Aktar Stqarrijiet Right arrow