STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-KONSUMATURI, KOMPETIZZJONI ĠUSTA, KUNSILLI LOKALI U KONSULTAZZJONI PUBBLIKA
L-Oppożizzjoni tibqa’ tilgħab għall-gallarija meta taf li hemm inkjesta għaddejja
Il-Gvern itenni li ma jittollera l-ebda sfruttament tal-ħaddiema u jeżiġi li min iħaddem josserva l-Liġi tax-Xogħol filwaqt li jonora l-obbligi kollha tiegħu fil-konfront tal-ħaddiema.
Hu għalhekk li l-Gvern ħatar Bord ta’ Inkjesta bil-poteri kollha li jagħtih l-Att dwar l-Inkjesti (Kap 273) sabiex jinvestiga l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-Care Workers fl-Isptarijiet u fir-Residenzi tal-Anzjani.
Il-Bord ta’ Inkjesta maħtur apposta għandu l-poter li jinvestiga, jistabbilixxi l-fatti dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-Care Workers, u jissuġġerixxi l-passi li għandhom jittieħdu f’każ li jinstabu irregolaritajiet.
Il-Bord jista’ jsejjaħ quddiemu persuni li jista’ jkollhom informazzjoni dwar dak li qed jiġi allegat u rappurtat, li jiġbor xhieda ġuramentata, u li jiġbor id-dokumenti kollha meħtieġa. B’hekk il-liġi tagħti lill-bord tal-inkjesta aktar saħħa.
Filwaqt li l-Gvern qed jistenna li jsiru l-investigazzjonijiet min-naħa tal-Bord maħtur apposta, l-Oppożizzjoni u l-kelliema tagħha jibqgħu jilagħbu għall-gallarija. L-Oppożizzjoni għandha dmir li ma tagħmilx dikjarazzjonijiet li jfixklu l-investigazzjoni li għaddejja.
Other Press Releases:
PR262006
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR262005en