ŻIEDA TA’ AKTAR MINN 2,800 OPERAZZJONI FL-EWWEL XHUR TAL-2011
pr0958
17/05/2011
Statistika miġbura bejn Jannar u April tal-2011 turi li l-ħidma kostanti sabiex jitnaqqas iż-żmien ta’ stennija għall-operazzjonijiet fl-Isptar Mater Dei qed ikompli jkun effettiv.
It-total tal-operazzjonijiet għall-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena kien ta’ 14,278, li tfisser żieda ta’ 2,861 fuq it-total tal-operazzjonijiet li kienu saru fl-Isptar San Luqa fl-2007 (meta kienu saru 11,417). Din hija żieda kostanti.
It-tabella t’hawn taħt turi n-numri tal-operazzjonijiet xahar b’xahar u t-totali mqabbla bejn l-2011 u l-2007.
Total 2007* | Total 2011 | Diff 2011 - 2007 | |
Jannar | 2,971 | 3,645 | 674 |
Frar | 2,670 | 3,386 | 716 |
Marzu | 2,918 | 3,730 | 812 |
April | 2,858 | 3,517 | 659 |
TOTAL | 11,417 | 14,278 | 2,861 |
* fl-Isptar San Luqa
Tul April 2011 in-numru tal-operazzjonijiet pjanati (elective) baqa’ dak ta’ 84%. Fl-ewwel erba’ xhur tal-2011, fost l-operazzjonijiet li saru, 1,404 kienu tal-għajnejn u 1,259 kienu fl-ortopedija.
Il-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Kommunità l-Onor Joe Cassar, li qed jattendi l-konferenza tal-Għaqda Dinija tas-Saħħa f’Ġinevra (l-Iżvizzera) esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-ħidma kostanti tal-ħaddiema kollha u l-management tal-Isptar Mater Dei li qed ikomplu jagħtu prijorità f’dan il-qasam b’suċċess.
Stqarrijiet Oħra:
PR262006
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR262005en