STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT
Konferma oħra li l-allegazzjonijiet tal-Oppożizzjoni dwar il-Power Station kienu infondati
L-Awditur Ġenerali jerġa’ jikonferma li l-allegazzjonijiet tal-Oppożizzjoni dwar l-estensjoni tal-Power Station kienu infondati.
L-Awditur Ġenerali f’rapport ieħor li għamel fuq talba tal-Oppożizzjoni dwar l-estensjoni tal-Power Station f’Delimara reġa kkonferma kemm l-allegazzjonijiet tal-Oppożizzjoni kienu biss duħħan. Fir-rapport tiegħu l-Awditur Ġenerali jiddeskrivi l-allegazzjonijiet tal-Oppożizzjoni bħala retorika, li dak li allegat l-oppożizzjoni kienu allegazzjonijiet vojta, li l-allegazzjonijiet ma setghux jintlaqgħu u li ġew pruvati bħala foloz “rhetoric in nature” (7), “the facts being stated bear no impact” (pg5), “proved to be unfounded” (p9), “the claim .. cannot be entertained”(pg10), “the allegation .. was disproved through published figures”(pg 20).
Fir-rapport li nghata lill-membri tal-Kumitat Permaneti dwar il-Kontijiet Pubblici u li qedj igi pubblikat, l-Awditur Ġenerali reġa kkonferma li ma kien hemm l-ebda provi tal-allegazzjonijiet li vvintat l-oppożizzjoni. L-oppożizzjoni bl-allegazzjonijiet tagħha għamlet sforz biex twaqqaf lill-pajjiż milli jipproduċi elettriku biżżejjed għal bżonnijiet ta’ pajjiżna fosthom għal ħolqien tal-impjiegi għall-ħaddiema.
L-Awditur Ġenerali fir-rapport tiegħu, għal aktar minn darba, saħansitra jgħid li fl-allegazzjonijiet li għamlet l-oppożizzjoni tat informazzjoni ħażina “BWSC’s offer to EMC, which offer ended up as the successful bid and as such the basis of the contract being executed, uses Warsila diesel engines, and not MAN’s.” (pg7) L-Awditur Ġenerali jgħid li dak li dak li allegat l-oppożizzjoni ma kellu l-ebda impatt fuq il-proċess ta’ aġġudikazzjoni. L-Awditur Ġenerali jiddeskrivi l-allegazzjonijiet infondati tal-Oppożizzjoni bħala retorika.
Fir-rapport tiegħu l-Awditur Ġenerali jsostni li mill-investigazzjonijiet li għamel fuq l-allegazzjonijiet tal-oppożizzjoni jirriżulta “that SMBC is wholly owned by MES is proved to be unfounded.”
F’partijiet oħra fir-rapport tiegħu, l-Awditur Ġenerali jgħid li l-allegazzjonijiet tal-oppożizzjoni dwar ir-raġunijiet għaż-żieda fit-tariffi ma jistgħux jiġu aċċettati “the claim ... cannot be entertained”.
L-Awditur Ġenerali ikompli juri fir-rapport tiegħu li l-oppożizzjoni għamlet allegazzjonijiet foloz u li l-EneMalta mxiet skont ir-regolamenti “The report further demonstrated that none of the mechanisms in question empowered the competent authorities to eliminate sub-contractors on the basis of illegal activies and/or professional misconduct.”
L-Awditur Ġenerali f’żewġ rapporti li għamel – wieħed mifrux fuq 11-il xahar u issa f’ieħor mifrux fuq 4 xhur – jerġa’ jikkonferma li l-proċess sar skont il-liġi, ma nkisru l-ebda direttivi tal-Unjoni Ewropea, kif ikkonfermat ukoll il-Kummissjoni Ewropea, u li l-allegazzjonijiet tal-Oppożizzjoni kienu infondati.
Other Press Releases:
PR262006
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR262005en