Left arrow Go Back

TNEDIJA TA’ PAKKETT TA’ FULJETTI INFORMATTIVI U AWDJO CD DWAR IL-BENEFIĊĊJI SOĊJALI

pr0954
Date Icon 16/05/2011

Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali nieda pakkett ta’ fuljetti informattivi u awdjo CD dwar il-benefiċċji soċjali.  Dan sar bħala parti mill-attivitajiet li qed isiru biex jitfakkar il-55 anniversarju mill-Att dwar is-Sigurtà Soċjali f’pajjiżna bl-iskop li jingħata aktar tagħrif lill-pubbliku in ġenerali dwar il-benefiċċji soċjali. 

Ix-xogħol fuq dawn il-fuljetti sar mill-Uffiċċju tal-Informazzjoni u Protezzjoni tad-Data tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali bil-kollaborazzjoni tal-kapijiet tat-taqsimiet konċernati fid-Dipartiment.

B’kollox hemm 12-il fuljett differenti maqsuma skont temi differenti u miktuba bi kliem sempliċi biex jinftiehmu minn kulħadd.  Il-fuljetti li wieħed jista’ jsib huma: ‘M’Intix taħdem?’, ‘Se tiżżewweġ?’, ‘Trabbi t-tfal?’, ‘Imradt?’, ‘Weġġajt jew għandek diżabilità?’, ‘Int armel jew armla?’, ‘Int anzjan jew anzjana?’, ‘Meta nista’ nirtira?’, ‘Għandek bżonn iżjed għajnuna?’, X’inhuma l-benefiċċji tiegħi fl-Unjoni Ewropea?, ‘Tgħaddi mit-test tal-mezzi?’ u ‘Fejn irrid immur?’.  Dawn il-fuljetti saru kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż.

Għall-ewwel darba ħsibna wkoll biex dawn il-fuljetti jsiru fuq awdjo CD għall-persuni nieqsa mid-dawl jew b’vista batuta.  Fl-awdjo CD wieħed isib l-istess informazzjoni li jista’ jsib fil-fuljetti.

F’kelmtejn li għamel fit-tnedija ta’ dawn il-fuljetti u s-CD, Mark Musu’ Direttur responsabbli mill-Iżvilupp Strateġiku u Relazzjonijiet Internazzjonali tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, qal li b’dan il-mod, kulħadd se jkollu l-aċċessibilità għall-informazzjoni dwar il-benefiċċji soċjali.  Fil-fatt, filwaqt li fil-passat tħejjew fuljetti informattivi ta’ dan it-tip, din hija l-ewwel darba li qed issir produzzjoni bħal din maħsuba għal nies nieqsa mid-dawl jew b’vista batuta.

Min-naħa tagħha Anne Marie Callus, Direttur Eżekuttiv tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità, irringrazzjat u faħħret lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali għal din l-inizjattiva li qed tgħin biex l-informazzjoni titwassal kemm jista’ jkun lil kulħadd.  Hija appellat biex aktar organizzazzjonijiet governattivi jew privati jieħdu inizjattivi bħal dawn.

Dawn il-fuljetti informattivi u s-CD jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċji Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali jew inkella minn fuq is-sit elettroniku www.socialsecurity.gov.mt.  Għal aktar tagħrif wieħed jista’ jċempel fuq 2590 3000 jew lil SPIC fuq 159.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION “Simplification must ultimately be measured by the difference it makes to beneficiaries implementing projects using EU funding” – Minister Keith Azzopardi Tanti

PR262006

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the importance of dialogue and diplomacy in strengthening international peace and security

PR262005en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the im...

More Press Releases Right arrow