STQARRIJA TAL-MINISTERU TAS-SAHHA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA’
L-Oppozizzjoni taghti informazzjoni hazina u trewwah ir-razzizmu
L-Oppożizzjoni qed tuża, ton razzist u zenofobiku fil-konfront ta' infermiera barranin.
L-informazzjoni zbaljata ppubblikata fil-gazzetta tal-oppozizzjoni ġiet repetuta wkoll mill-Kap tal-Oppożizzjoini Joseph Muscat dalgħodu.
Il-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita’ jikkundanna l-informazzjoni qarrieqa li ngħatat mill-Kap tal-Oppozizzjoni u l-gazzetta l-Kulħadd. Jikkundanna wkoll id-dikjarazzjonijiet li jrewħu z-zenofobija u li jagħmlu differenzi bejn poplu u ieħor.
Hu qarrieqi li jingħad li l-Maltin tħallew barra biex jiddaħħlu l-Pakistani. Il-Kulħadd qiegħda tagħti informazzjoni skorretta sabiex tizgwida.
L-infermiera KOLLHA Maltin fil-lista msemmijja mill-gazzetta Kulħadd tal-15 tà Mejju, liema lista, il-gazzetta għazlet li tippubblika parti biss minnha, dahlu jahdmu kollha. Konvenjentement il-Kulħadd għażlet li tħalli barra 10 infermiera Pakistani li ma kinux eliġibbli u 18 oħra barranin li għal xi raġuni jew oħra ma ġewx ikkunsidrati għall-intervista. L-infermiera Maltin li applikaw biex jidħlu jaħdmu mal-Gvern gew aċċettati u sahansitra bdew jaħdmu tul is-sajf (b'mod temporanju) qabel il-barranin sakemm ħareg ir-riżultat u wara żammew il-post tax-xoghol tagħhom.
Il-riżultat li gie ppubblikat mill-Kullhadd mhux komplet. Hija lista li turi liema infermiera kellhom l-aktar kwalifiki u esperjenza. Hafna mill-infermiera Maltin li applikaw kienu ghadhom kif lestew il-kors taghhom u għalhekk skond parametri stretti tal-Public Service Commission ma setghux jinghataw marki ghall-esperjenza iżjed minn dawk li nghataw lill-infermiera Pakistani li whud minnhom ghandhom aktar minn degree wieħed u aktar snin ta' esperjenza f'dan il-qasam.
Il-Kulhadd qed tiddiskrimina wkoll bejn ix-xoghol differenti tal-infermiera f'pajjizna bhal li kieku x-xoghol tal-infermiera fi sptar jew f'iehor huwa ahjar. It-tahrig specjalizzat li qed jinghataw l-infermiera f'pajjizna turi li m'hemm l-ebda differenza bejn infermiera li jahdmu fi sptar generali, akut, ta' rijabilitazzjoni jew tal-anzjani.
Stqarrijiet Oħra:
PR262006
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR262005en