STQARRIJA TAL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT
L-impenn tal-Gvern kontra l-abbuz huwa car u b’sahhtu.
L-impenn tal-Gvern kontra l-abbuz huwa car u b’sahhtu. Malli tressqu quddiemu allegazzjonijiet dwar dak li kien qed isehh fid-Dipartiment tal-VAT, il-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment Tonio Fenech ghadda l-informazzjoni li nghatatlu lill-Pulizija u bdiet investigazzjoni li waslet biex persuni jitressqu l-Qorti u jinstabu hatja.
Barra minn hekk, il-Ministru talab rapport intern li jaghti stampa cara ta’ x’nuqqasijiet seta’ kien hemm fl-istess Dipartiment. Dan ir-rapport, sab nuqqasijiet amministrattivi, li wasslu biex gew implimentati firxa ta’ mizuri li jsahhu l-hidma tad-Dipartiment tal-VAT. Dawn il-mizuri jinkludu sistemi ta’ verifiki interni aktar b’sahhithom, pieni horox ghal min jaghmel uzu jew ikollu fil-pussess tieghu software li jemenda informazzjoni marbuta ma’ dhul, ir-reklutament ta’ numru ta’ ufficjali responsabbli mill-infurzar, kif ukoll it-tishih tas-sigurta’ fl-ufficcji tad-Dipartiment. Dan huwa xhieda cara ta’ Gvern jiggieled l-abbuz u mhux jitkellem ghal ragunijiet propogandistici kif jaghmel il-Kap tal-Oppozizzjoni.
Il-Kap tal-Oppozizzjoni llum ghogbu jerga’ jirrepeti allegazzjonijiet infondati li diga gew michuda fix-xhur li ghaddew u li hemm ukoll proceduri l-Qorti dwarhom mibdija mill-Ministru Tonio Fenech stess kontra l-istazzjoni tal-Partit Laburista li ghamel allegazzjonijiet infondati. Joseph Muscat ghad-dehra qal li l-istazzjon laburista ghandu jimxi fuq kodici ta’ etika u jivverfika l-fatti. L-istazzjon irrepeta allegazzjonijiet li mhux veru u issa Joseph Muscat irrepeta dak li qal l-istazzjon laburista. Dan juri kemm il-Kap tal-Oppozizzjoni jitkellem dwar il-moralita’ u l-etika fil-poltika ghall-gallarija. Ma jemminx fiha. Kull nefqa li ghamel il-Ministru Fenech hallas ghaliha u dan hu dokumentat. Il-Kap tal-Oppozizzjoni, bl-aktar mod dizonest, malizzjuz u qarrieqi allegazzjonijiet infondati qed jipprezentahom bhala fatt.
Dwar il-gaming, il-Gvern ressaq quddiem il-Parlament emendi ghal-ligi li ghandhom ir-rizultat li jirrestringu u jillimitaw il-loghob tal-azzard f’pajjizna. B’mod partikolari, dawn il-bidliet jipprojbixxu li l-postijiet fejn isir il-loghob isiru qrib postijiet sensittivi bhal skejjel, knejjes u postijiet ohra fejn ikun hemm tfal jew zghazagh, filwaqt li jintroduci mizuri li jharsu lil min jilghab. Madankollu, jehtieg li Joseph Muscat jissostanzja s-suspetti li qed jitfa’ bla ma jissostanzja dak li qal b’ebda forma ta’ prova.
Other Press Releases:
PR262006
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR262005en