Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOR. JOE CASSAR, MINISTRU GĦAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMMUNITÀ, WAQT IL-KONFERENZA DWAR IR-RIJBILITAZZJONI TA’ PAZJENTI TAL-AMPUTAZZJONI, L-ISPTAR MATER DEI – IL-ĦAMIS 12 TA’ MEJJU 2011

pr0926
Date Icon 12/05/2011

L-għodwa t-tajba u grazzi tal-istedina,

Is-seminar tal-lum qed jitratta t-tema tar-rijabilitazzjoni ta’ pazjenti li jkunu għadhom kif għaddew mit-trawma ta’ amputazzjoni. L-għan ta’ dan is-seminar huwa li professjonisti fil-qasam tas-saħħa, kif ukoll għaqdiet mhux governattivi li jaħdmu ma’ dawn il-pazjenti, jikollaboraw, u jaqsmu l-esperjenzi tagħhom bil-għan li jiżdied l-għarfien f’dan il-qasam, u hekk il-pazjenti jieħdu l-aqwa kura possibli. Huwa ta’ sodisfazzjon kbir għalija li nipparteċipa f’inzjattivi bħal dawn meħuda mill-istaff tagħna.

Il-kawżi li jwasslu għal amputazzjoni huma varji. Hekk pereżempju nsemmu l-inċidenza għolja ta’ persuni li jsofru mid-Dijabete, problemi tal-qalb, u problemi fil-kliewi. Hemm imbagħad problemi kkawżati mill-istil ta’ ħajja tal-individwu, pereżempju l-abbuż tal-alkoħol, it-tipjip, u l-obeżità.  Wieħed ma jistax jibda jindirizza l-problemi tal-pazjent mingħajr ma jifhem il-kawżi li jwasslu għal din is-sitwazzjoni.

Din mhix xi problema li tista’ tiġi indirizzata minn professjoni jew professjonist waħdu. Biex il-kura u r-rijabilitazzjoni tkun tassew effettiva jeħtieġ li l-professjonisti minn oqsma differenti jaħdmu flimkien għal għan wieħed – il-pazjent. 

M’għandix dubju li intom hawn preżenti tifhmu t-trawma li jgħaddi minnha pazjent meta ssirlu amputazzjoni.  Wieħed ma jridx jinsa wkoll it-tbatija li jgħaddu minnha l-qraba tal-pazjent u kull min jgħix miegħu. Din is-sitwazzjoni ġġib magħha ansjetà u, sa ċertu punt, biża’ mill-futur għall-fatt li hemm ir-riskju li persuna tispiċċa dipendenti fuq dawk ta’ madwarha.

Il-Gvern huwa impenjat li jkompli jinvesti fit-taħriġ ta’ tobba, konsulenti mediċi, fiżjoterapisti, occupational therapists, social workers, u infermiera li lkoll jispeċjalizzaw f’dan il-qasam. Fil-professjoni tan-nursing, bil-kollaborazzjoni mal-Università ta’ Malta, inbeda kors ta’ taħrig speċjalizzat fir-rijabilitazzjoni,  għan-nurses kwalifikati. Dan il-kors qed jiġi offrut kull sena li dawk li jaħdmu f’dan is-settur.  Aħna fiduċjużi li ’l quddiem l-isfidi u d-domandi kbar għal servizzi tar-rijabilitazzjoni li qegħdin naraw anki f’pajjiżna se jwasslu biex anke professjonijiet oħra jinvestu fl-istess taħriġ. Sar investiment ukoll fi professjonisti oħra li ma jaħdmux daqstant direttament mal-pazjent imma xogħolhom huwa neċessarju, bħal pereżempju l-prosthetic technicians qed jingħaqdu.

Nieħu din l-opportunità biex nirringrazzja lid-Dipartiment tal-Occupational Therapy fl-isptar Mater Dei kif ukoll l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Occupational Therapy ta’ din l-inizjattiva siewja.

Nixtieq ikoll nuri l-apprezzament tiegħi lejn id-dedikazzjoni ta’ kull wieħed u waħda minnkom. Aħna qegħdin magħkom f’din il-ħidma sabiex flimikien nassiguraw servizzi ta’ rijabilitazzjoni effiċjenti u effettivi.

Grazzi

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION “Simplification must ultimately be measured by the difference it makes to beneficiaries implementing projects using EU funding” – Minister Keith Azzopardi Tanti

PR262006

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the importance of dialogue and diplomacy in strengthening international peace and security

PR262005en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the im...

More Press Releases Right arrow