MALTA TINGĦATA PROMINENZA F’RIVISTA FIL-POLONJA
Rivista prominenti fil-Polonja, li għandha ċirkulazzjoni ta’ iktar minn miljun u mitejn elf kopja, tat opportunità unika ta’ promozzjoni lil pajjiżna fost il-popolazzjoni Pollakka. Din ir-rivista bl-isem Tele Tydzien tiġi ppubblikata kull ġimgħa u hija waħda mill-iktar popolari f’dan il-pajjiż. Bil-ħidma tal-Ambaxxata Maltija fil-Polonja li ġiet inawgurata uffiċjalment fl-ewwel xhur ta’ din is-sena, ġie ppublikat artiklu dwar dak kollu li toffri Malta.
Is-suq turistiku mill-Polonja lejn Malta qed isir iktar popolari anki bis-saħħa ta’ titjiriet diretti bejn iż-żewġ pajjiżi. L-Ambaxxata fil-Polonja, bħall-Ambaxxati l-oħra Maltin madwar id-dinja, iwettqu ħidma regolari biex jippromwovu lil Malta fl-aspett turistiku u jħajru iktar investimenti lejn pajjizna.
Other Press Releases:
PR262006
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...
PR262005en