Left arrow Go Back

LAQGĦA BEJN IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI JASON AZZOPARDI U D-DEPUTAT DIRETTUR ĠENERALI GĦALL-INTRAPRIŻA U L-INDUSTRIJA DANIEL CALLEJA CRESPO

pr0919
Date Icon 11/05/2011

Is-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet Jason Azzopardi illum kellu laqgħa mad-Deputat Direttur Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija (ENTR) Daniel Calleja Crespo.  Huwa kien akkumpanjat mid-Direttur (DG ENTR) Joanna Drake.  It-tnejn jinsabu f’Malta fl-okkażjoni tal-Laqgħa tal-Unjoni Tal-Mediterran, il-EuroMed.

Id-Deputat Direttur Ġenerali Calleja Crespo li inħatar mill-Kummissjoni Ewropea bħala SME envoy għall-Unjoni Ewropea feraħ lis-Segretarju Parlamentari Azzopardi li kien maħtur fl-aħħar ġimgħat mill-Gvern Malti bħala SME envoy għal Malta.

Huma tkellmu dwar suġġetti varji li jirrigwardaw in-Negozji Żgħar fl-Ewropa, kif ukoll ir-realtà tal-intrapriża lokali. 

Is-Segretarju Parlamentari aġġorna lid-Deputat Direttur Ġenerali dwar l-aħħar żviluppi tal-Att dwar in-Negozji Żgħar (SBA Malta) li bħalissa qed jiġi diskuss fil-Parlament. 

Min-naħa tiegħu id-Deputat Direttur Ġenerali kellu kliem ta’ tifħir għal dak li qed ikun issuġġerit fl-Abbozz tal-istess liġi.  Huwa stieden lis-Segretarju Parlamentari Azzopardi biex iktar tard dan ix-xahar, waqt l-ewwel laqgħa ghal SME envoys f’Budapest, jagħmel preżentazzjoni dwar dak li qed jiġi inkorporat fl-Abbozz tal-SBA (Malta), bħala eżempju ta’ prattika tajba, biex dan jinqasam ma’ pajjiżi oħrajn.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION “Simplification must ultimately be measured by the difference it makes to beneficiaries implementing projects using EU funding” – Minister Keith Azzopardi Tanti

PR262006

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the importance of dialogue and diplomacy in strengthening international peace and security

PR262005en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the im...

More Press Releases Right arrow