Left arrow Mur Lura

AKTAR MINN 950 SAJJIED INGĦATAW TAĦRIĠ DWAR SAĦĦA U SIGURTÀ

pr0909
Date Icon 10/05/2011

Dalgħodu l-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali George Pullicino żar iċ-Ċentru tal-ISTC (International Safety Training Centre) fejn matul l-aħħar xhur aktar minn 950 sajjied ingħataw taħriġ dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol tagħhom. Dan it-taħriġ inkuda komponenti kemm teoretiċi kif ukoll prattiċi u kopra fost oħrajn taħriġ dwar salvataġġ bażiku fuq il-baħar, first aid u tifi tan-nar.

Il-Ministru Pullicino qal li dan it-taħriġ sar b’investiment ta’ madwar €230,000 b'kofinanzjament ta' 75% mill-Unjoni Ewropea u 25% minn Fondi Nazzjonali. Dawn il-fondi jiffurmaw parti mill-Fond Ewropew tas-Sajd li għas-snin 2007-2013 ilaħħaq l-ammont ta' € 11-il miljun.

Is-sajjieda professjonali u dawk part time li ngħataw dan it-taħriġ bażiku dwar saħħa u sigurtà fuq il-bahar ingħataw ċertifikat. It- taħrig sar skont l-iStandards of Training, Certification and Watchkeeping (STCW) kompilati mill-International Maritime Organization (IMO). Il-Ministrru Pullicino  rringrazzja lis-sajjieda u l-koperativi tas-Sajd li b'impenn ipparteċipaw f'dan il-kors.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the importance of dialogue and diplomacy in strengthening international peace and security

PR262005en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the im...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta u ċ-Ċina jisħqu fuq l-importanza tad-djalogu u d-diplomazija għat-tisħiħ tal-paċi u s-sigurtà internazzjonali

PR262005

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta u ċ-Ċina jisħqu fuq l-importanza...

Aktar Stqarrijiet Right arrow