Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-ONOR. JOE CASSAR, MINISTRU TAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U L-KURA FIL-KOMMUNITA`, WAQT IL-KAMPANJA NAZZJONALI ‛ĊAQLAQ GĦAL SAĦĦTEK’ – VALLETTA – 10 TA` MEJJU 2011

pr0903
Date Icon 10/05/2011

Nirringrazzjakom ta’ l-attendenza li għal darb’oħra aċċettajtu li tkunu hawn preżenti magħna, sabiex twasslu dan il-messaġġ mill-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita’ u d-Direttorat tal-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard għandhom għall-poplu tagħna.

Kull sena l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa tfakkar l-importanza ta’ l-attivita` fiżika.  Il-kampanja nazzjonali “Ċaqlaq għal Saħħtek” qiegħda tiġi mfakkra għal darb’oħra, illum it-Tlieta 10 ta’ Mejju 2011.   L-għan ta’ din il-kampanja kemm globali kif ukoll lokali hu: li noħolqu iktar kuxjenza ta’ kemm hu importanti li tkun attiv u nfakkru dwar il-benefiċċji marbuta mal-attivita’ fiżika; kemm għal individwu  kif ukoll għas-soċjetà Maltija.

Il-Gvern Malti huwa determinat li jibqa’ joħloq ambjenti lokali li jiffavorixxu s-saħħa billi nżidu postijiet fejn iċ-ċittadini Maltin kollha jkunu jistgħu jagħmlu l-attivita` fiżika – fl-iskejjel, fid-djar, fil-kommunità, kif ukoll fuq il-post tax-xogħol. Għaldaqstant l-importanza ta’ din il-ġurnata fejn qegħdin inħeġġu lill-poplu Malti u Għawdxi sabiex jaddotta stil ta’ ħajja li toffri biżżejjed attività fiżika filwaqt li jnaqqsu l-ħin ta’ sedentarjetà biex b’hekk inħarsu aktar s-saħħa u l-kwalità tal-ħajja. 

Skont statistika ta’ l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, in-nuqqas ta’ attivita` fiżika jwassal għal bejn 21 u 25 fil-mija ta’ kanċer tas-sider kif ukoll tal-musrana, 27% tad-dijabete tat-tip II (tnejn) u 30% tal-mard tal-qalb.

Ir-Riċerka turi li l-attivita` fiżika toffri benefiċċji mentali kif ukoll fiżiċi - Benefiċċi fiżiċi: Tnaqqis ta’ madwar 25% tar-riskji li jiżviluppaw kundizzjonijiet bħall-pressjoni għolja fid-demm, il-puplesija, id-dijabete (type 2), il-piż żejjed u l-ħxuna (speċjalment meta abbinati ma’ dieta bbilanċjata u ikel bil-qies), mard tal-qalb u ċerti tipi ta’ kanċer.   Benefiċċi Mentali: Tnaqqis ta’ l-istress, l-ansjetà, id-dipressjoni u s-solitudni.

Skont informazzjoni miġbura mill-Eurobarometer tal-2010 jindika li: 17% tal-Maltin jagħmlu attivita` fiżika ħames darbiet fil-gimgħa filwaqt li 31% jagħmlu xi tip ta’ attivita’ fiżika tal-inqas darba fil-ġimgħa.

Dawn l-inizjattivi qed jittieħdu bħala Gvern. Nieħu din l-opportunita’ biex infakkar li l-Ministru tal-Finanzi u s-Segretarju Parlamentari għall-iSports ftit tal-ġranet ilu ħabbru skema ta’ sussidju li fil-fatt kienet tnegħdiet l-ewwel darba (bħala proġett pilota) daqs sentejn ilu. Permezz ta’ din l-iskema ta’ sussidju tingħata refund tal-VAT lil dawk in-nies li jixtru roti ġodda. Din l-iskema hi ta’ minn ifaħħarha għaliex tippromwovi l-użu tar-rota bħala mezz tat-trasport li barra li jħares l-ambjent, iħares ukoll is-saħħa ta’ min juża r-rota għaliex jinkoraġġixxi aktar attività fiżika fost dawn l-individwi.

Barra minn dan, nixtieq ukoll nsemmi li minn hawn u ftit ieħor sabiex jiġi mfakkar dan il-jum ‘Ċaqlaq għal-Saħħtek’ f’kollaborazzjoni bejn id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard u l-Ministru tas-Saħħa ser issir sezzjoni ta’ aerobika.

Nittama li dawn l-isforzi jiġu inkoraġġuti aktar ukoll mill-Gvern Lokali kif ukoll mill-għaqdiet u l-assoċjazzjonijiet sabiex jinħolqu aktar ambjenti fejn il-Maltin u l-Għawdxin jagħmlu l-eżerċizzju u jaddottaw stil ta’ ħajja li tħares saħħithom.

Grazzi

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the importance of dialogue and diplomacy in strengthening international peace and security

PR262005en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the im...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta u ċ-Ċina jisħqu fuq l-importanza tad-djalogu u d-diplomazija għat-tisħiħ tal-paċi u s-sigurtà internazzjonali

PR262005

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta u ċ-Ċina jisħqu fuq l-importanza...

Aktar Stqarrijiet Right arrow