Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFICCJU TAL-ISPEAKER

pr0899
Date Icon 09/05/2011

L-Uffiċċju tal-iSpeaker jagħmel riferenza għal dak li ntqal mill-Onorevoli Alfred Sant waqt il-ħin tal-mistoqsijiet tas-seduta parlamentari tal-lum, it-Tnejn, 9 ta’ Mejju 2011 u jiddikajra dan li ġej:


Illi fil-laqgħa tal-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, l-iSpeaker fuq inizjattiva tiegħu, ippreżenta memorandum lill-Membri ta’ dak il-Kumitat fejn għamel proposta dettaljata ta’ kif għandha tigi implimentata immedjatament il-proċedura dwar l-iskrutinju tas-sussidjarjetà li l-Parlamenti Nazzjonali ngħataw skont it-Trattat ta’ Liżbona.

Xi jiem wara, l-istaff tal-Parlament ġab għall-attenzjoni tal-iSpeaker li l-Parlament kien irċieva mingħand numru ta’ Parlamenti Nazzjonali fi ħdan l-Unjoni Ewropea, li huma kienu ħadu pożizzjoni dwar il-proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar Bażi għat-Taxxa Korporattiva Konsolidata Komuni (CCCTB) fejn iddikjaraw li dan imur kontra l-prinċipju tas-sussidjarjetà.

l-iSpeaker minnufih ta struzzjonijiet lill-Iskrivan tal-Kamra biex iġġib din l-informazjzoni għall-attenzjoni tal-Membri Parlamenti kollha.

In vista tal-importanza nazzjonali tal-materja in kwestjoni, it-Tlieta, 3 ta’ Mejju, huwa sejjaħ laqgħa urġenti fil-kamra tiegħu mal-President tal-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej, il-Whip tan-naħa tal-Gvern u l-Whip tan-naħa tal-Oppożizzjoni.  Hemmhekk,  fil-preżenza tal-Iskrivan tal-Kamra, infurmahom li huwa jħoss li in vista tal-importanza tal-materja taħt konsiderazzjoni, huwa jħoss li, pendenti li tittieħed deċiżjoni quddiem il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra, tiġi addotata proċedura għal dan il-każ paritikolari kif ġej:

Illi l-Parlament, fl-eżerċizzju tad-drittijiet tiegħu skont it-Trattat ta’ Liżbona, jikkummissjona studju indipendenti mill-Prof Peter Xuereb, Professur tad-dritt Ewropew fl-Università ta’ Malta, b’urġenza dwar din il-materja.

Illi dan ir-rapport jiġi diskuss quddiem il-Kumitat Permanenti dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej u illi r-rakkomondazzjoni tal-Kumitat jitressqu quddiem il-Kumitat Permanenti dwar ix-Xogħol tal-Kamra biex dan il-Kumitat jiddeċiedi dwar jekk il-Parlament għandux jieħu pożizzjoni dwar din il-materja permezz ta’ deċizjoni meħuda fil-Kumitat dwar ix-Xoghol tal-Kamra jew permezz ta’ deċizjoni meħuda fil-plenarja.

Kien hemm qbil unanimu minn kull parteċipant f’din il-laqgħa li kellha tiġi segwita din il-proċedura għal dan il-każ partikolari.

Malli l-opinjoni waslet mingħand il-Professur Xuereb, l-iSpeaker ta direttivaa lill-Iskrivan tal-Kamra li mhux biss tgħaddiha lill-Membri tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej iżda wkoll iġġibha għall-attenzjoni ta’ kull Membru Parlamentari minhabba li din kienet tittratta materja ta’ sussidjarjetà u huwa jemmen li kwalunkwe ħaġa dwar dan is-suġġett li l-Parlament Nazzjonali għandu poteri dwaru għandu jiġi kkomunikat lill-Membri kollha tal-Kamra bħala proċedura normali.

Għaldaqstant l-iSpeaker ma jistax assolutament jifhem l-atteġġjament u l-kummenti tal-Onor Alfred Sant u dan għaliex l-iSpeaker għamel kollox bl-aktar mod trasparenti u b’konsultazzjoni maż-żewġ naħat tal-Kamra b’sens ta’ risponsabbilità nazzjonali u bis-serjetà li jixraq lill-Parlament Malti biex dejjem tissaħħaħ ir-relevanza, ir-rispettabilità u l-effettività tal-Parlament Nazzjonali Malti.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the importance of dialogue and diplomacy in strengthening international peace and security

PR262005en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the im...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta u ċ-Ċina jisħqu fuq l-importanza tad-djalogu u d-diplomazija għat-tisħiħ tal-paċi u s-sigurtà internazzjonali

PR262005

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta u ċ-Ċina jisħqu fuq l-importanza...

Aktar Stqarrijiet Right arrow