JINHATAR BORD TA’ INKJESTA DWAR IL-KUNDIZZJONIJIET TAX-XOGHOL TAL-CARE WORKERS FL-ISPTARIJIET U FIR-RESIDENZI TAL-ANZJANI
Il-Gvern ħatar Bord ta’ Inkjesta bil-poteri kollha li jagħtih l-Att dwar l-Inkjesti (Kap 273) biex ikunu stabbiliti l-fatti dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-Care Workers fl-Isptarijiet u fir-Residenzi tal-Anzjani u biex jissuġġerixxi l-passi li għandhom jittieħdu f’każ li jinstabu irregolaritajiet. Il-Bord jista’ jsejjaħ quddiemu persuni li jista’ jkollhom informazzjoni dwar dak li qed jiġi allegat u rappurtat, li jiġbor xhieda ġuramentata, u li jiġbor id-dokumenti kollha meħtieġa. B’hekk il-liġi tagħti lill-bord tal-inkjesta aktar saħħa.
Il-Bord ta’ Inkjesta hu mmexxi minn Joe Scicluna bħala Chairman, u minn Dr. Frank Pullicino u Dr. Cynthia Scerri Debono bħala membri.
Id-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u l-Impjieg (DIER), minkejja li ma kellux ilmenti uffiċjali mill-ħaddiema dwar il-kwistjonijiet imsemmija, daħal dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-Care Workers fl-Isptarijiet u fir-Residenzi tal-Anzjani. U għalhekk issa l-investigazzjoni ser tissaħħaħ.
Il-Gvern itenni li l-isfruttament u l-abbuż tal-ħaddiema ma jiġi tollerat taħt l-ebda ċirkostanza u għall-ebda raġuni.
Stqarrijiet Oħra:
PR262005en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the im...
PR262005