Left arrow Mur Lura

ĦADDIEMA TAD-DIPARTIMENT TAS-SIGURTÀ SOĊJALI ĠABRU €1500 B’RISQ PUTTINU CARES

pr0896
Date Icon 09/05/2011

Ħaddiema mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, qraba u ħbieb tagħhom nhar il-Ħadd 8 ta’ Mejju 2011 ħadu sehem fil-maratona tal-football b’risq Puttinu Cares fil-Marsa.  L-attività saret ukoll bħala parti mill-attivitajiet li qed isiru biex jitfakkru l-55 sena ta’ sigurtà soċjali f’pajjiżna.

Qabel il-logħba football li fiha ħadu sehem xi ħaddiema tad-Dipartiment u qraba tagħhom, Mark Musu’, Direttur għall-Iżvilupp Strateġiku tal-istess Dipartiment, ippreżenta s-somma ta’ €1,500 lil Puttinu Cares.  Din is-somma sabiħa nġabret mill-ħaddiema kollha tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali f’Malta u Għawdex u anke mill-ħaddiema tal-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti tal-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja u anke tal-Unit tal-Immaniġġjar tal-Informazzjoni fi ħdan l-istess Ministeru.

F’kelmtejn li għamel, is-sur Musu’ rringrazzja lil dawk kollha li taw sehemhom f’din l-inizjattiva biex kienet suċċess.  Minn naħa ta’ Puttinu Cares dawn irringrazzjaw minn qalbhom lill-ħaddiema kollha tad-Dipartiment u l-Ministeru għall-għotja sabiħa tagħhom.

Intant, nhar is-Sibt 7 ta’ Mejju, saret quddiesa ta’ ringrazzjament, ukoll bħala parti mill-attivitajiet li qed isiru biex jitfakkru l-55 sena mil-liġi tas-Sigurtà Nazzjonali.  Il-quddiesa saret fil-kappella tal-Bon Pastur f’Ħal Balzan u tqaddset minn Fr. Andre Zaffarese. Il-kor Maria Bambina tal-Isla ħa ħsieb il-kant waqt din il-quddiesa.

Għall-quddiesa attendew fost oħrajn l-Onor. Dolores Cristina, Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, il-kapijiet tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u bosta ħaddiema tad-Dipartiment, tal-lum u tal-passat, u l-qraba tagħhom.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the importance of dialogue and diplomacy in strengthening international peace and security

PR262005en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the im...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta u ċ-Ċina jisħqu fuq l-importanza tad-djalogu u d-diplomazija għat-tisħiħ tal-paċi u s-sigurtà internazzjonali

PR262005

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Malta u ċ-Ċina jisħqu fuq l-importanza...

Aktar Stqarrijiet Right arrow