STQARRIJA MILL-MINISTERU TAL-FINANZI, L-EKONOMIJA U INVESTIMENT
Miċħuda allegazzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni dwar amnestija marbuta mal-ħlas tal-VAT
Il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment jiċħad kategorikament l-allegazzjoni li għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni lbieraħ li fil-jiem li ġejjin se titħabbar amnestija b’rabta mal-ħlas tat-taxxa tal-VAT.
Huwa ħasra li l-Kap tal-Oppożizzjoni jagħżel li jivvinta storja li mhux minnha, li jista’ jkollha riperkussjonijiet negattivi fuq id-dħul tal-pajjiż, li fuqu pajjiżna jiddependi biex isostni l-qasam soċjali tiegħu, il-pensjonijiet u l-investiment fl-edukazzjoni fost l-oħrajn.
L-Oppożizzjoni qed toħloq spekulazzjonijiet li jagħmlu ħsara għall-ekonomija għaliex operaturi jistgħu jibdew jagħżlu li jaqgħu lura fi ħlasijiet fl-istennija ta’ tali skema.
Għaldaqstant, il-Ministeru jtenni li m’hemm ebda proposta ta’ dan it-tip u m’hi se titħabbar ebda amnestija tat-taxxa.
Stqarrijiet Oħra:
PR262005en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the im...
PR262005