IL-PRESIDENT GEORGE ABELA JATTENDI GHALL-QUDDIESA PONTIFIKALI FIL-FESTA TA' SAN PUBLIJU
Il-President George Abela attenda ghall-quddiesa Pontifikali fil-Knisja Arcipretali tal-Furjana fil-festa ta' San Publiju.
"Din il-festa tinawgura l-istagun tal-festi u nixtieq naghmel ftit riflessjonijiet. Ninsab infurmat li matul l-istagun li ghadda sar hafna progress f'dik li hija mgieba u ta' dan ghandhom merti dawk kollha involuti, inkluz l-awtoritajiet civili. Ninsab infurmat wkoll li fid-diskussjonijiet dwar id-dokument tar-riforma fil-festi sar hafna progress. Infurmat li l-aspetti li jolqtu l-ghaqda tal-kazini tal-baned intlahaq ftehim fuqhom u li sar progress ukoll mal-ghaqda Nazzjonali tal-armar fit-toroq u nawgura li jkomplu jsiru t-tahditiet biex inkomplu nirriformaw il-festi."
Dan qallu l-President George Abela waqt ir-riceviment annwali fl-okkazjoni tal-Festa ta' San Publiju fil-Kazin Vilhena,l-Furjana. Il-President Abela esprima wkoll hsieb dwar l-Imgiranti u l-valur tal-imhabba.
"Fiz-zminijiet tallum ghandna nirriflettu dwar kemm hu mportanti li nsahhu dak li jaghmilna Maltin. Ma nistghux ninsew min ahna. L-istorja ta' San Publiju twassalni ghal hsieb iehor : pajjizna laqa' 16,000 haddiem minn madwar 100 Nazzjonalita' u lqajnihom sakemm marru lura fi djarhom u dan ghandu jkun l-Ispirtu ta' mhabba. Fuq livel Ewropew rridu naghmlu l-almu kollu sabiex nies innocenti ma jmutux fil-vjagg, importanti li dawn il-persuni imigranti ma jbatux u ma jintilfux fit-tragit meta l-area tal-madwar hija sorveljata." Temm jghid il-President George Abela fil-waqt li awgura l-festa t-tajba lill-Furjanizi kollha.
Other Press Releases:
PR262005en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the im...
PR262005