APPLIKAZZJONIJIET GĦAT-TIENI SESSJONI TAL-EŻAMIJIET TAL-BENCHMARK TA’ TMIEM L-EDUKAZZJONI PRIMARJA
Id-Direttriċi Ġenerali għal Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni tixtieq tgħarraf lill-pubbliku li t-tieni sessjoni tal-Eżamijiet tal-Benchmark ta’ Tmiem l-Edukazzjoni Primarja se ssir fl-Iskola Primarja tal-Furjana f’Malta u fiċ-Ċentru tal-Eżamijiet fir-Rabat, Għawdex, bejn it-13 u s-17 ta’ Ġunju 2011 bejn il-5.00 u t-8.00 ta’ filgħaxija.
L-applikazzjonijiet jistgħu jittieħdu mit-Taqsima tal-Customer Care, id-Direttorati tal-Edukazzjoni, il-Furjana jew mill-Uffiċċju tal-Edukazzjoni, Għawdex, minn nhar l-Erbgħa 4 ta’ Mejju 2011. L-applikazzjonijiet jistgħu wkoll jinkisbu mis-sit elettroniku http://www.curriculum.gov.mt. Dawn l-applikazzjonijiet huma maħsuba għal dawk l-istudenti li bħalissa jattendu s-Sitt Sena fi Skola tal-Knisja jew Indipendenti li mhix se tieħu sehem fl-ewwel sessjoni tal-Eżamijiet tal-Benchmark ta’ Tmiem l-Edukazzjoni Primarja. Fil-każ ta’ studenti oħrajn, it-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv se tassumi awtomatikament li tfal li kienu morda jew assenti fl-ewwel sessjoni għal xi eżami jew għal xi parti minnu, se jagħmlu l-eżami jew il-parti li jkunu tilfu, fit-tieni sessjoni. Għaldaqstant dawn it-tfal m’hemmx għalfejn jerġgħu japplikaw.
L-applikazzjonijiet iridu jaslu fit-Taqsima tal-Customer Care, id-Direttorati tal-Edukazzjoni, il-Furjana, jew fl-Uffiċċju tal-Edukazzjoni, ir-Rabat, Għawdex, sa mhux aktar tard mill-20 ta’ Mejju 2011. Kull talba għal eżenzjoni minn xi eżami jew parti minnu jew talba għal Access Arrangements matul l-eżamijiet tiġi kkunsidrata skont l-evidenza li tkun ngħatat fl-ewwel sessjoni tal-Eżamijiet tal-Benchmark ta’ Tmiem l-Edukazzjoni Primarja. Għal aktar tagħrif wieħed għandu jikkuntattja t-Taqsima tal-Assessjar Edukattiv fuq in-numru telefoniku 25982139.
Other Press Releases:
PR262005en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER Malta and China emphasise the im...
PR262005